Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0528

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018.
Milan Božičevič Ježovnik vs Republika Slovenija.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 143(1)(d) – Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni – Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja – Riskju ta’ frodi fiskali – Bona fide tal-importatur u fornitur taxxabbli – Evalwazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-importatur u fornitur taxxabbli.
Kawża C-528/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża C‑528/17

Milan Božičevič Ježovnik

vs

Republika Slovenija

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Vrhovno sodišče)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 143(1)(d) – Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni – Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja – Riskju ta’ frodi fiskali – Bona fide tal-importatur u fornitur taxxabbli – Evalwazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-importatur u fornitur taxxabbli”

Werrej – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat‑25 ta’ Ottubru 2018

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-importazzjoni – Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja – Kontroll minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti – Awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa wara l-kontroll minn qabel fid-dawl tal-provi prodotti mill-importatur u fornitur taxxabbli – Kontroll sussegwenti li tikkonstata nuqqas li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet materjali – Obbligu ta’ ħlas a posteriori tat-taxxa mill-persuna taxxabbli – Assenza – Kundizzjoni – Bona fide tal-persuna taxxabbli u osservanza tal-obbligu tiegħu ta’ diliġenza – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/69, Artikolu 143(1)(d))

L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal‑25 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn l-importatur u fornitur taxxabbli jkun ibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni abbażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa wara kontroll minn qabel mill-awtoritajiet doganali kompetenti fid-dawl tal-provi prodotti minn din il-persuna taxxabbli, dan ma huwiex obbligat iħallas il-VAT a posteriori meta, waqt kontroll sussegwenti, jirriżulta li l-kundizzjonijiet materjali tal-eżenzjoni ma kinux issodisfatti, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li l-imsemmija persuna taxxabbli kienet taf jew missha kienet taf li l-kunsinni sussegwenti għall-importazzjonijiet inkwistjoni kienu involuti fi frodi mwettqa mix-xerrej u li hija ma ħaditx il-miżuri raġonevoli kollha li setgħet tieħu sabiex tevita din il-frodi, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.

(ara l-punt 49 u d-dispożittiv)

Top