Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62017CJ0521

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018.
c.v. SNB-REACT u.a. vs Deepak Mehta.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 4 – Locus standi quddiem organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks – Direttiva 2000/31/KE – Artikoli 12 sa 14 – Responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu anonimu ta’ ismijiet ta’ dominju u ta’ siti internet.
Kawża C-521/17.

Zbirka odločb – splošno

Kawża C‑521/17

Coöperatieve Vereniging SNB-REACT U.A.

vs

Deepak Mehta

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 4 – Locus standi quddiem organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks – Direttiva 2000/31/KE – Artikoli 12 sa 14 – Responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu anonimu ta’ ismijiet ta’ dominju u ta’ siti internet”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas‑7 ta’ Awwissu 2018

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48 – Miżuri, proċeduri u rimedji – Persuni li għandhom locus standi – Organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48, Artikolu 4(ċ))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Responsabbilità ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji – Derogi favur tranżazzjonijiet ta’ trasport, ta’ ħażna u ta’ hosting – Applikabbiltà għall-fornitur ta’ servizz ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu ta’ ismijiet ta’ dominju tal-internet b’mod anonimu – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31, Artikoli 12 sa 14)

  1.  L-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati li jirrikonoxxu lil organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks, bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, bħala persuna li għandha l-kwalità sabiex titlob, f’isimha stess, l-applikazzjoni ta’ rimedji previsti minn din id-direttiva, bl-għan li jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawn il-proprjetarji, kif ukoll locus standi, f’isimha stess, sabiex tiddefendi dawn l-imsemmija drittijiet, bil-kundizzjoni li dan l-organu huwa kkunsidrat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala persuna li għandha interess dirett li jiġu protetti dawn id-drittijiet u li din il-leġiżlazzjoni tippermettilha locus standi in judicio għal dan l-għan, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.

    (ara l-punt 39 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-limiti ta’ responsabbiltà previsti minn dawn l-artikoli huma applikabbli għal fornitur ta’ servizz ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu ta’ ismijiet ta’ dominju tal-internet b’mod anonimu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm dan is-servizz jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ servizzi msemmija f’dawn l-artikoli u jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha, sa fejn l-attività ta’ tali fornitur tkun ta’ natura purament teknika, awtomatika u passiva, li jimplika li huwa la kellu għarfien ta’ u lanqas kellu kontroll fuq l-informazzjoni trażmessa jew maħżuna mill-klijenti tiegħu, u fejn huwa ma għandux rwol attiv, billi jippermetti lil dawn tal-aħħar li jottimizzaw l-attività tagħhom ta’ bejgħ online, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.

    (ara l-punt 52 u d-dispożittiv 2)

Na vrh