Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0518

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018.
Stefan Rudigier vs Salzburger Verkehrsverbund GmbH.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Artikolu 5(1) – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Artikolu 7(2) – Obbligu li tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni mhux iktar tard minn sena qabel il-bidu tal-proċedimenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Konsegwenzi tal-assenza ta’ pubblikazzjoni – Annullament tas-sejħa għal offerti – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 27(1) – Artikolu 47(1) – Direttiv 2014/25/UE – Artikolu 45(1) – Artikolu 66(1) – Avviż ta’ kuntratt.
Kawża C-518/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża C‑518/17

Stefan Rudigier

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Artikolu 5(1) – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Artikolu 7(2) – Obbligu li tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni mhux iktar tard minn sena qabel il-bidu tal-proċedimenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Konsegwenzi tal-assenza ta’ pubblikazzjoni – Annullament tas-sejħa għal offerti – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 27(1) – Artikolu 47(1) – Direttiv 2014/25/UE – Artikolu 45(1) – Artikolu 66(1) – Avviż ta’ kuntratt”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, għal provvisti, għal xogħliljiet u fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttivi 2004/17 u 2004/18 – Applikazzjoni ratione temporis – Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħżel it-tip ta’ proċedura li għandha tiġi adottata wara t-tħassir tad-direttivi – Inapplikabbiltà tad-direttivi

    (Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2004/17, 2004/18, 2014/24, Artikoli 90 u 91 u 2014/25, Artikoli 106 u 107)

  2. Kuntratti pubbliċi – Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Obbligu li tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel il-bidu tal-proċedimenti – Portata – Applikabbiltà għall-kuntratti mogħtija konformement għad-Direttivi 2014/24 u 2014/25 – Konsegwenzi tal-assenza ta’ pubblikazzjoni – Annullament tas-sejħa għal offerti – Kundizzjonijiet

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007, Artikolu 7(2); Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, 2014/25)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 42, 43)

  2.  L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    l-obbligu ta’ informazzjoni minn qabel li jipprevedi japplika għall-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport b’xarabank li huma fil-prinċipju mogħtija konformement mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2014/24 jew mid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, jew bid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE;

    il-ksur jew nuqqas tal-obbligu ta’ informazzjoni minn qabel li huwa jipprevedi ma jwassalx għall-annullament tas-sejħa għal offerti inkwistjoni sakemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ trattament ugwali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    (ara l-punti 53, 72 u d-dispożittiv)

Top