Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0504

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – Artikoli 4 u 7 – Applikazzjoni tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti – Direttiva 95/60/KE – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Riforniment ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment.
    Kawża C-504/17.

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Il‑Kummissjoni vs L-Irlanda

    (Kawża C-504/17) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – Artikoli 4 u 7 – Applikazzjoni tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti – Direttiva 95/60/KE – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Riforniment ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment”

    Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96 – Applikazzjoni tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti – Karburanti użati għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment – Assenza ta’ garanzija ta’ applikazzjoni effettiva tar-rati minimi – Direttiva 95/60 – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Karburant immarkat li ma huwa suġġett għal ebda eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tas-sisa – A wtorizzazzjoni ta’ użu tal-imsemmi karburant għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment – Nuqqas ta’ twettiq ta' obbligu

    (Direttivi tal-Kunsill 95/60 u 2003/96, Artikoli 4 u 7)

    (ara l-punt 69, dispożittiv 1)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi ma żguratx l-applikazzjoni, għan-nafta użata bħala karburant għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment, tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas‑27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, u billi awtorizzat l-użu ta’ karburant immarkat għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment, anki meta dan il-karburant ma kienx suġġett għal xi eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tas-sisa, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt l-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva 2003/96 u taħt id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas‑27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju.

    2) 

    L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 347, 16.10.2017.

    Top