Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0471

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018.
    Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Instant noodles moqlija – Subintestatura tariffarja 1902 30 10.
    Kawża C-471/17.

    Court reports – general

    Kawża C‑471/17

    Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG

    vs

    Hauptzollamt Hannover

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Instant noodles moqlija – Subintestatura tariffarja 19023010”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018

    Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Instant noodles moqlija – Klassifikazzjoni fis-subintestatura 19023010 tan-Nomenklatura Magħquda – Kriterji – Kunċett ta’ għaġin “imnixxef”

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 927/2012, Anness I)

    In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura 19023010 tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija.

    F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-espressjoni “imnixxef”, kif użata fis-subintestatura 19023010 għan-NM, ma hijiex iddefinita. Il-kelma “imnixxef”, kif użata fis-subintestatura 19023010 għan-NM, hija l-partiċipju passat tal-verb “tnixxef”, li jfisser, b’mod partikolari “li tnixxef” jew “isir niexef”. Għalhekk, peress li l-produzzjoni ta’ għaġin timplika neċessarjament, fl-ewwel lok, l-użu ta’ likwidu, għaġin li l-umdità tiegħu hija estratta wara proċess ta’ produzzjoni sabiex isir fi stat niexef jista’, ġeneralment, jitqies bħala għaġin imnixxef. Min-naħa l-oħra, ma huwiex determinanti, f’dan ir-rigward, il-proċess li permezz tiegħu dan l-istat kien intlaħaq. Konsegwentement, peress illi, fit-tmiem tal-proċess ta’ produzzjoni, in-noodles kienu ġew ippakkjati fi stat niexef, hemm lok li jitqiesu bħala għaġin “imnixxef”, fis-sens tas-subintestatura 19023010 għan-NM.

    (ara l-punti 38, 40 sa 42, 47, u d-dispożittiv)

    Top