This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0457
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung).
Kawża C-457/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung).
Kawża C-457/17.
Kawża C-457/17
Heiko Jonny Maniero
vs
Studienstiftung des deutschen Volkes eV
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung)”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal‑15 ta’ Novembru 2018
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ edukazzjoni – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Inklużjoni – Kundizzjoni – Rabta suffiċjentement stretta bejn il-benefiċċji finanzjarji mogħtija u l-parteċipazzjoni f’dawn il-proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju li minnhom infushom jaqgħu taħt dan l-istess kunċett ta’ edukazzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 2000/43, Artikolu 3(1)(g))
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43 – Miżura nazzjonali li tinkludi diskriminazzjoni indiretta – Kunċett ta’ żvantaġġ partikolari – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż biss lill-kandidati li kisbu eżami tal-liġi b’suċċess f’dan l-Istat Membru – Assenza tal-imsemmija diskriminazzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 2000/43, Artikolu 2(2)(b))
L-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad‑29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi li jsostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta teżisti rabta suffiċjentement viċina bejn il-benefiċċji finanzjarji mogħtija u l-parteċipazzjoni f’dawn il-proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju li min-naħa tagħhom jaqgħu huma stess taħt dan l-istess kunċett ta’ “edukazzjoni”. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta dawn il-benefiċċji finanzjarji jkunu marbuta mal-parteċipazzjoni tal-kandidati potenzjali f’tali proġett ta’ riċerka jew ta’ studju, meta jkollhom bħala għan li jneħħu kompletament jew parzjalment l-ostakoli finanzjarji potenzjali għal din il-parteċipazzjoni u meta jkunu idonei sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Qabel kollox, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 22 u 23 tal-konklużjonijiet tagħha, it-terminu “edukazzjoni” għandu jinftiehem, fis-sens abitwali fil-lingwaġġ kurrenti, b’mod li jirrigwarda l-atti jew il-proċessi li permezz tagħhom jiġu trażmessi jew jinkisbu, b’mod partikolari, informazzjoni, għarfien, fehim, attitudnijiet, valuri, idoneitajiet, kompetenzi jew aġir.
Issa, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 32 u 34 tal-konklużjonijiet tagħha, interpretazzjoni teleoloġika tal-kunċett ta’ “edukazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43, tirrikjedi, l-ewwel nett, li l-aċċess għall-edukazzjoni jiġi kkunsidrat bħala wieħed mill-aspetti essenzjali ta’ dan il-kunċett, ġaladarba ma jistax ikun hemm edukazzjoni mingħajr il-possibbiltà ta’ aċċess għaliha u li, għalhekk, l-għan ta’ din id-direttiva, li huwa li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ma jkunx jista’ jinkiseb li kieku d-diskriminazzjoni kellha tkun awtorizzata fl-istadju tal-aċċess għall-edukazzjoni.
It-tieni nett, l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni fi proġett ta’ riċerka jew fi programm edukattiv għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt komponenti tal-aċċess għall-edukazzjoni hekk inklużi fil-kunċett ta’ “edukazzjoni” sa fejn id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji neċessarji għal tali parteċipazzjoni tista’ tikkundizzjona l-aċċess għall-imsemmi proġett jew programm.
(ara l-punti 31, 37, 38, 44, u d-dispożittiv 1)
L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li fondazzjoni privata stabbilita fi Stat Membru tirriżerva l-għoti ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali barra mill-pajjiż għall-kandidati li jkunu kisbu, f’dan l-Istat Membru, eżami tal-liġi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta minħabba r-razza jew l-oriġini etnika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
Skont dan l-artikolu, diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tista’ tikkawża żvantaġġ partikolari lil persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika speċifika, sakemm din id-dispożizzjoni, dan il-kriterju jew din il-prattika ma tkunx oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u sakemm il-metodi sabiex jinkiseb dan l-għan ma jkunux xierqa u neċessarji.
Il-kunċett ta’ “żvantaġġ partikolari”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jinftiehem fis-sens li jkunu b’mod partikolari l-persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika speċifika li, minħabba d-dispożizzjoni, tal-kriterju jew tal-prattika inkwistjoni, li jinsabu żvantaġġati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 100, u tas‑6 ta’ April 2017, Jyske Finans, C‑668/15, EU:C:2017:278, punt 27).
(ara l-punti 46, 47, 52, u d-dispożittiv 2)