EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0451

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018.
„Walltopia“ AD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 12(1) – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 14(1) – Ħaddiema kkollokati – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ċertifikat A 1 – Issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega – Kundizzjonijiet.
Kawża C-451/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża C‑451/17

“Walltopia” AD

vs

Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 12(1) – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 14(1) – Ħaddiema kkollokati – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ċertifikat A 1 – Issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega – Kundizzjonijiet”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018

Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ħaddiem irreklutat għall-finijiet tal-kollokazzjoni tiegħu fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega – Applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment – Kundizzjoni – Ħaddiem li jkun diġà suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment qabel il-bidu tal-attività tiegħu bħala persuna impjegata – Kunċett – Ħaddiem li ma kellux il-kwalità ta’ persuna assigurata immedjatament qabel il-bidu tal-attività tiegħu bħala persuna impjegata – Inklużjoni fil-każ ta’ residenza fl-imsemmi Stat Membru qabel il-bidu tal-imsemmija attività

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 987/2009, Artikolu 14(1), u Nru 883/2004, Artikoli 2, 11(1) u 12(1))

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna impjegata rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala li, “immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, [kienet] diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha”, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, minkejja li din il-persuna impjegata ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha bħala persuna impjegata, ladarba f’dak il-mument il-persuna impjegata kellha r-residenza tagħha fl-imsemmi Stat Membru, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

(ara l-punt 51 u d-dispożittiv)

Top