This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0412
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
Bundesrepublik Deutschland vs Touring Tours und Travel GmbH u Sociedad de Transportes SA.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (KE) Nru 562/2006 – Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) – Artikoli 20 u 21 – Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni taż-żona Schengen – Kontrolli fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dawn ta’ kontrolli fuq il-fruntieri – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li operatur tat-trasport bil-karozzi tal-linja li jaqsam il-fruntieri interni taż-żona Schengen jikkontrolla l-passaporti u l-permessi ta’ residenza tal-passiġġieri – Sanzjoni – Theddida ta’ impożizzjoni ta’ multa.
Kawżi magħquda C-412/17 u C-474/17.

Kawżi Magħquda C-412/17 u C-474/17
Bundesrepublik Deutschland
vs
Touring Tours und Travel GmbH u Sociedad de Transportes SA
(talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (KE) Nru 562/2006 – Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) – Artikoli 20 u 21 – Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni taż-żona Schengen – Kontrolli fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dawn ta’ kontrolli fuq il-fruntieri – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li operatur tat-trasport bil-karozzi tal-linja li jaqsam il-fruntieri interni taż-żona Schengen jikkontrolla l-passaporti u l-permessi ta’ residenza tal-passiġġieri – Sanzjoni – Theddida ta’ impożizzjoni ta’ multa”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018
Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Determinazzjoni u formulazzjoni ta’ domandi preliminari
(Artikolu 267 TFUE)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni – Verifiki ġewwa t-territorju – Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 – Kontrolli mwettqa minn operatur tat-trasport bil-karozzi tal-linja – Kontrolli imposti mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, taħt piena ta’ multa – Inklużjoni
(Artikolu 67(2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, Artikolu 21)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni – Verifiki ġewwa t-territorju – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lil operatur tat-trasport bil-karozzi tal-linja li jopera linji li jaqsmu fruntieri interni fiż-żona Schengen li jikkontrolla l-passaporti u l-permessi ta’ residenza tal-passiġġieri – Possibbiltà li l-awtoritajiet tal-pulizija jadottaw deċiżjoni ta’ projbizzjoni akkumpanjata b’theddida ta’ multa f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbigu ta’ kontroll – Inammissibbiltà
(Artikolu 67(2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, Artikolu 21)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 39-42)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 47-50)
L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lil kull impriża tat-transport bil-karozza tal-linja li tipprovdi servizz regolari transkonfinali fi ħdan iż-żona Schengen lejn it-territorju ta’ dan l-Istat Membru li tikkontrolla l-passaport u l-permess ta’ residenza tal-passiġġieri qabel il-qsim ta’ fruntiera interna, bil-ħsieb li jiġi pprevenut it-trasport ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkollhomx dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar lejn it-territorju nazzjonali, u li tippermetti, bil-għan li jiġi osservat dan l-obbligu ta’ kontroll, li l-awtoritajiet tal-pulizija jadottaw deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tali transporti, akkumpanjata b’theddida ta’ multi kontra impriżi tat-trasport li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li wasslu f’dan it-territorju ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr l-imsemmija dokumenti tal-ivvjaġġar. Issa, iċ-ċirkustanza li, fil-kawża odjerna, il-kontrolli inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma kkaratterizzati minn rabta partikolarment mill-qrib li huma għandhom mal-qsim ta’ fruntiera interna, sa fejn dan il-qsim jikkostitwixxi speċifikament il-fatt li jagħti lok għal dawn il-kontrolli, tixhed b’mod partikolari “effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera”, fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006.
(ara l-punti 68, 73 u dispożittiv)