Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0390

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018.
    Irit Azoulay et vs Il-Parlament Ewropew.
    Appell — Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi — Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
    Kawża C-390/17 P.

    Kawża C‑390/17 P

    Irit Azoulay et

    vs

    Il-Parlament Ewropew

    “Appell — Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi — Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018

    1. Uffiċjali—Remunerazzjoni—Allowances tal-familja—Allowance tal-edukazzjoni—Spejjeż skolastiċi—Kunċett—Kontribuzzjonijiet imħallsa lil assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru għall-parteċipazzjoni tal-ulied għal proġett speċifiku u għall-edukazzjoni mhux issussidjata—Esklużjoni

      (Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, Artikolu 3(1))

    2. Uffiċjali—Ugwaljanza fit-trattament—Limiti—Vantaġġ mogħti illegalment

    1.  Il-kunċett ta’ “spejjeż [skolastiċi]” huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni. Sabiex jiġi interpretat dan il-kunċett, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kliem u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jindika b’mod ċar li l-ispejjeż sostnuti għandhom jippermettu l-attendenza ta’ istituzzjoni bil-ħlas. L-għan tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tqarreb l-allowance għall-edukazzjoni mal-livell reali tal-infiq li jkun sar mill-uffiċjali. B’hekk, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni jipprovdi li l-allowance għall-edukazzjoni tkopri l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni u ta’ attendenza fl-istabbilimenti ta’ edukazzjoni bi ħlas u l-ispejjeż tat-trasport, bl-esklużjoni tal-ispejjeż l-oħra kollha. Fid-dawl tan-natura awtonoma tal-kunċett ta’ “spejjeż [skolastiċi]”, il-kwalifika ta’ dan il-kunċett tiddependi fuq in-natura nnifisha u fuq l-elementi li jikkostitwixxu l-ispiża li għandha tiġi rrimborsata.

      Il-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru kkonċernati ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “spejjeż [skolastiċi]”. Fil-fatt, dawn jikkostitwixxu spejjeż iġġenerati minn rekwiżiti u attivitajiet relatati mal-proġett speċifiku u ta’ edukazzjoni mhux issussidjata tal-iskejjel inkwistjoni, u għandhom jitqiesu bħala “spejjeż oħra relatati mat-twettiq tal-programm skolastiku tal-istabbiliment ta’ edukazzjoni li l-istudent jattendi” fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relattivi għall-għoti tal-allowance tal-edukazzjoni.

      (ara l-punti 17-20, 24)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 39)

    Top