This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0296
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018.
Wiemer & Trachte GmbH, en liquidation vs Zhan Oved Tadzher.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru°1346/2000 – Artikolu 3(1) – Kompetenza internazzjonali – Azzjoni revokatorja – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza.
Kawża C-296/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018.
Wiemer & Trachte GmbH, en liquidation vs Zhan Oved Tadzher.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru°1346/2000 – Artikolu 3(1) – Kompetenza internazzjonali – Azzjoni revokatorja – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza.
Kawża C-296/17.
Kawża C‑296/17
Wiemer & Trachte GmbH
vs
Zhan Oved Tadzher
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Varhoven kasatsionen sad)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru°1346/2000 – Artikolu 3(1) – Kompetenza internazzjonali – Azzjoni revokatorja – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji esklużi – Fallimenti, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanniji falluti, arranġamenti ġuridiċi, kompożizzjoni jew proċedimenti analogi – Kunċett – Azzjonijiet li joriġinaw direttament minn proċedura ta’ insolvenza u konnessi mill-qrib magħha – Applikabbiltà tar-Regolament Nru 1346/2000
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1346/2000 u Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(b))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Kompetenza internazzjonali sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni revokatorja bbażata fuq l-insolvenza u intiża kontra konvenut li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza – Ġurisdizzjoni esklużiva
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 28-30)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni sħiħa sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq l-insolvenza u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor.
(ara l-punt 43 u d-dispożittiv)