EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0271

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017.
Sławomir Andrzej Zdziaszek.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva – Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI – Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà – Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” – Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement – Deċiżjoni li tistabilixxi piena globali – Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment – Persuna kkundannata li ma tkunx dehret personalment fil-proċess fil-kuntest tal-kundanna tagħha inizjali, la fl-ewwel istanza u lanqas fil-grad tal-appell – Persuna li kienet difiża minn avukat matul l-istanza tal-appell – Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni f’dan ir-rigward – Konsegwenzi għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni.
Kawża C-271/17 PPU.

Court reports – general

Kawża C-271/17 PPU

Sławomir Andrzej Zdziaszek

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Rechtbank Amsterdam)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva – Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI – Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà – Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” – Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement – Deċiżjoni li tistabilixxi piena globali – Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment – Persuna kkundannata li ma tkunx dehret personalment fil-proċess fil-kuntest tal-kundanna tagħha inizjali, la fl-ewwel istanza u lanqas fil-grad tal-appell – Persuna li kienet difiża minn avukat matul l-istanza tal-appell – Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni f’dan ir-rigward – Konsegwenzi għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew–Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja–Kunċett ta’ proċess li wassal għad-deċiżjoni–Proċedura li għandha bħala għan l-impożizzjoni tal-piena globali, wara l-istanza li diġà wasslet għad-deċiżjoni li tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-ħtija tal-persuna kkonċernata–Inklużjoni–Kundizzjoni–Awtorità li timponi l-piena globali tibbenefika minn ċerta setgħa diskrezzjonali

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew–Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja–Mandat li ma fihx informazzjoni li twassal għall-istabbiliment tal-eżistenza ta’ eċċezzjonijiet minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva–Fakultà li tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew–Possibbiltà li teżegwixxi l-mandat–Kundizzjonijiet

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1))

  1.  Il-kunċett ta’ “process li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix biss għall-istanza li wasslet għad-deċiżjoni fl-appell, peress li din, wara eżami mill-ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu, iddeċidiet b’mod finali fuq il-ħtija tal-persuna kkonċernata, iżda wkoll għall-proċedura sussegwenti, bħal dik li wasslet għas-sentenza li timponi piena globali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fi tmiemha ttieħdet id-deċiżjoni li bidlet b’mod finali l-livell tal-piena inizjalment mogħtija, sakemm l-awtorità li adottat din tal-aħħar deċiżjoni kellha f’dan ir-rigward ċerta setgħa diskrezzjonali.

    (ara l-punt 96 u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma dehritx personalment għall-proċedura rilevanti jew, jekk ikun il-każ, għall-proċeduri rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4a(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, kif emendata, u fejn l-informazzjoni li tinsab fil-formularju li jirrigwarda l-mudell uniformi tal-mandat ta’ arrest Ewropew u anness mal-imsemmija Deċiżjoni Qafas u lanqas dik miksuba b’applikazzjoni tal-Artikolu 15(2) kif emendata, tal-istess Deċiżjoni Qafas ma jipprovdu l-provi suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha l-fakultà li tirrifjuta li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew.

    Madankollu, din id-Deċiżjoni Qafas kif emendata, ma tipprekludix lil din l-awtorità li tieħu inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw il-kawża inkwistjoni sabiex tiżgura r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata matul il-proċedura jew proċeduri rilevanti.

    (ara l-punti 109, 110, u d-dispożittiv 2)

Top