Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0270

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017.
    Tadas Tupikas.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet għall-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/GAI – Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà – Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” – Persuna kkonċernata li dehret personalment fl-ewwel istanza – Proċedura fil-grad tal-appell li tinvolvi eżami ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu – Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkundannata ġew irrispettati matul il-proċedura tal-appell.
    Kawża C-270/17 PPU.

    Court reports – general

    Kawża C-270/17 PPU

    Tadas Tupikas,

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Rechtbank Amsterdam)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet għall-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/GAI – Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà – Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” – Persuna kkonċernata li dehret personalment fl-ewwel istanza – Proċedura fil-grad tal-appell li tinvolvi eżami ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu – Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkundannata ġew irrispettati matul il-proċedura tal-appell”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew–Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja–Kunċett ta’ proċess li wassal għad-deċiżjoni–Interpretazzjoni awtonoma u uniformi

      (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew–Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja–Possibbiltà li jiġi eżegwit mandat minkejja ċ-ċirkustanzi li jaqgħu taħt raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva–Kundizzjonijiet–Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata fil-każ tal-konsenja tagħha

      (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew–Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja–Kunċett ta’ proċess li wassal għad-deċiżjoni–Proċedura ta’ appell–Inklużjoni–Kundizzjonijiet

      (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 65-67)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 96, 97)

    3.  Billi l-Istat Membru emittenti ippreveda proċedura kriminali li tinkludi diversi gradi ta’ qorti u li tista’ tirriżulta f’deċiżjonijiet ġudizzjarji suċċessivi li minn tal-inqas waħda minnhom ingħatat fl-assenza tal-persuna kkonċernata, il-kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss il-proċedura li fi tmiemha tkun ingħatat id-deċiżjoni fuq il-ħtija tal-persuna kkonċernata kif ukoll fuq il-kundanna għal piena, bħalma hija miżura li ċċaħħad mil-libertà, wara eżami mill-ġdid tal-mertu tal-kawża fil-fatt u fid-dritt.

      Proċedura tal-appell bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija koperta fil-prinċipju minn dan il-kunċett. Madankollu, hija fl-istess ħin il-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li hija tippreżenta l-karatteristiċi msemmija iktar ’il fuq.

      (ara l-punti 98, 99, u d-dispożittiv)

    Top