Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62017CJ0250

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2018.
    Virgílio Tarragó da Silveira vs Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikolu 15 – Effetti tal-proċedura ta’ insolvenza fuq kawżi pendenti marbuta ma’ beni jew ma’ dritt li kienu maqbuda mingħand id-debitur – Kunċett ta’ ‘kawża pendenti’ – Proċedura fil-mertu intiża għar-rikonoxximent tal-eżistenza ta’ dejn.
    Kawża C-250/17.

    Raccolta della giurisprudenza - generale

    Kawża C-250/17

    Virgílio Tarragó da Silveira

    vs

    Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikolu 15 – Effetti tal-proċedura ta’ insolvenza fuq kawżi pendenti marbuta ma’ beni jew ma’ dritt li kienu maqbuda mingħand id-debitur – Kunċett ta’ ‘kawża pendenti’ – Proċedura fil-mertu intiża għar-rikonoxximent tal-eżistenza ta’ dejn”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2018

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Effetti tal-proċedura ta’ insolvenza fuq il-kawżi pendenti–Kunċett ta’ kawżi pendenti–Proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata–Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 15)

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Effetti tal-proċedura ta’ insolvenza fuq il-kawżi pendenti–Kunċett ta’ kawżi pendenti–Proċedura fil-mertu intiża għar-rikonoxximent tal-eżistenza ta’ dejn–Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 15)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 30-32)

    2.  L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal kawża pendenti quddiem qorti ta’ Stat Membru li jkollha bħala suġġett il-kundanna ta’ debitur għall-ħlas ta’ somma flus, dovuta taħt kuntratt għall-provvista ta’ servizzi, kif ukoll għall-ħlas ta’ kumpens pekunjarju minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-istess obbligu kuntrattwali, fil-każ li dan id-debitur kien iddikjarat insolventi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru ieħor u fil-każ li din id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tkopri l-patrimonju kollu tal-imsemmi debitur.

      (ara l-punt 35 u d-dispożittiv)

    In alto