This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0114
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018.
Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha (il-Komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) – Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Definizzjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri.
Kawża C-114/17 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018.
Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha (il-Komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) – Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Definizzjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri.
Kawża C-114/17 P.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Kawża C-114/17 P
Ir-Renju ta' Spanja
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha (il-Komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) – Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Definizzjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018
Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Aggravju ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża – Portata – Aggravju bbażat fuq sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonferma sitwazzjoni ġuridika magħrufa mir-rikorrent meta ppreżenta l-appell tiegħu – Esklużjoni
Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 127(1)
Appell – Aggravji – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali – Motiv ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio
Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1)
Proċedura ġudizzjarja – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża – Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 84 u 86)
Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda
(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti regolarment – Inammissibbiltà ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva l-evalwazzjoni tal-provi – Portata
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – L-ewwel rekwiżit previst fis-sentenza Altmark – Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar – Portata
(Artikolu 107(1) TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Esklużjoni – Rekwiżiti previsti fis-sentenza Altmark – Natura kumulattiva
(Artikolu 107(1) TFUE)
Skont l-Artikolu 127(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-preżentata ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża hija pprojbita, sakemm dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq punti ta’ liġi jew ta’ fatt li jirriżultaw matul il-proċedura.
F’dan ir-rigward, sentenza li sempliċement tikkonferma sitwazzjoni ġuridika magħrufa mir-rikorrent meta ppreżenta l-appell tiegħu ma tistax titqies li hija element li jippermetti l-invokazzjoni ta’ aggravju ġdid.
(ara l-punti 38, 39)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 47-49)
It-talbiet tal-partijiet huma bħala prinċipju kkaratterizzati mill-immutabbiltà tagħhom. L-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dwar l-adattament tar-rikors promotur, jikkostitwixxi kodifikazzjoni ta’ ġurisprudenza li kienet diġà teżisti dwar l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm għal dan il-prinċipju ta’ immutabbiltà. Dan l-Artikolu 86 jipprevedi li, meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid. Inkwantu eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ immutabbiltà tal-istanza, l-imsemmi Artikolu 86 għandu, konsegwentement, jiġi interpretat b’mod strett.
F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Artikolu 84 tal-imsemmija regoli jippermetti biss li r-rikorrent jippreżenta motivi ġodda bbażati fuq id-dritt, l-Artikolu 86 tal-istess Regoli jippermetti, min-naħa l-oħra, il-bdil tas-suġġett tar-rikors, jiġifieri li t-talbiet jiġu fformulati mill-ġdid, mata l-att li tiegħu jkun qed jintalab l-annullament jiġi ssostitwit jew emendat permezz ta’ att ieħor li jkollu l-istess suġġett. Fil-fatt, l-adattament tar-rikors jeżiġi li r-rikorrent jindika, b’mod univoku u suffiċjentement ċar u preċiż, is-suġġett tat-tilwima u t-talbiet tiegħu, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix ultra petita. Għal dan il-għan, nota ta’ adattament għandha, b’mod konformi mal-Artikolu 86(4)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tkun tinkludi, b’mod partikolari, it-talbiet adattati.
(ara l-punti 52-54, 56, 59)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 62)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 75, 103)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 80)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 86)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 95)