Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0107

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018.
"Aviabaltika" UAB vs "Ūkio bankas" AB.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/47/KE – Eżekuzzjoni tal-arranġamenti finanzjarji kollaterali – Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju – Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral – Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment – Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju.
Kawża C-107/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża C-107/17

“Aviabaltika” UAB

vs

“Ūkio bankas” AB

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/47/KE – Eżekuzzjoni tal-arranġamenti finanzjarji kollaterali – Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju – Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral – Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment – Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Arranġamenti finanzjarji kollaterali – Direttiva 2002/47 – Eżekuzzjoni tal-arranġamenti finanzjarji kollaterali – Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral – Seħħ wara l-bidu ta’ proċedura ta’ stralċ fir-rigward ta’ min jakkwista l-kollateral – Obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu regolazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral li jirkupra l-kreditu tiegħu imwieled min-nuqqas tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/47, kif emendata bid-Direttiva 2009/44, Artikolu 4(5))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Arranġamenti finanzjarji kollaterali – Direttiva 2002/47 – Eżekuzzjoni tal-arranġamenti finanzjarji kollaterali – Obbligi ta’ min jakkwista l-kollateral – Portata – Obbligu li jiġu ssodisfatti fl-ewwel lok il-krediti koperti mill-kollateral – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/47, kif emendata bid-Direttiva 2009/44, Artikoli 4(1) u (5)

  3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi ġenerali jew ipotetiċi – Domanda ta’ natura astratta u purament ipotetika fir-rigward tas-suġġett tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  1.  L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, kif emendata bid-Direttiva 2009/44/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral b’sigurtà taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.

    Issa, interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva li tgħid li l-kollateral finanzjarju b’sigurtà jsir inoperanti minħabba l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista l-kollateral, li jwaqqaf lil dan tal-aħħar milli jirkupra effettivament il-kreditu tiegħu fuq dan il-kollateral u li jobbliga lil min jipprovdi l-kollateral, fil-prattika, li jħallsu t-tieni darba l-ammont tal-imsemmi kollateral, li jkun f’kunflitt kemm mal-kliem ta’ dan l-artikolu kif ukoll mal-għanijiet tad-Direttiva 2002/47. Fil-fatt, tali interpretazzjoni twassal li ċċaħħad f’miżura wiesgħa tali arranġament mill-effett tiegħu u tista’, jekk ikun il-każ, tikkawża diffikultajiet finanzjarji lil min jipprovdi l-kollateral, kuntrarjament għall-għan li jikkonsisti f’li jillimita l-effetti kontaġjużi fil-każ li parti tkun inadempjenti.

    Għandu jingħad ukoll li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 59 u 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 li ma jispeċifikax il-mod li bih għandu jiġi żgurat l-effettività ta’ kollateral finanzjarju indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, huma l-Istati Membri li għandhom jipprovdu l-mezzi xierqa li permezz tagħhom jiġi żgurat tali effett utli, li fosthom jista’ jidher dak li jipprovdi li l-kollateral finanzjarju ma jaqax fl-assi rimanenti wara l-falliment ta’ min jakkwista l-kollateral.

    (ara l-punti 28-30, u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 kif emendata bid-Direttiva 2009/44/għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil min jakkwista kollateral taħt arranġament finanzjarju ta’ kollateral b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled mill-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, qabelxejn fuq dan il-kollateral.

    (ara l-punt 38, u d-dispożittiv 2)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 40)

Top