EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0098

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-26 ta’ Settembru 2018.
Koninklijke Philips NV u Philips France vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Akkordji – Suq Ewropew tal-ismart card chips Netwerk ta’ kuntatti bilaterali – Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” – Ksur uniku u kontinwu – Parteċipazzjoni fil-ksur u għarfien, minn parteċipant f’parti mill-kuntatti bilaterali, ta’ kuntatti bilaterali oħra – Stħarriġ ġudizzjarju.
Kawża C-98/17 P.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Edizzjoni proviżorja tal-24/04/2019

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2018 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-98/17 P) ( 1 )

“Appell – Akkordji – Suq Ewropew tal-ismart card chips Netwerk ta’ kuntatti bilaterali – Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” – Ksur uniku u kontinwu – Parteċipazzjoni fil-ksur u għarfien, minn parteċipant f’parti mill-kuntatti bilaterali, ta’ kuntatti bilaterali oħra – Stħarriġ ġudizzjarju”

1. 

Akkordji – Limitazzjoni tal-kompetizzjoni – Kriterji ta' evalwazzjoni – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Ksur minħabba l-għan – Livell suffiċjenti ta’ ħsara – Konstatazzjoni suffiċjenti – Kriterji ta' evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju u l-kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iżvilupp ta’ dan tal-aħħar

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 34, 35, 41)

2. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi – Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58

(ara l-punti 40, 70)

3. 

Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58

(ara l-punt 42)

4. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta' evalwazzjoni – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali intenzjoni mill-Kummissjoni jew mill-qorti tal-Unjoni – Ammissibbiltà

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punt 45)

5. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Ġurisdizzjoni sħiħa strettament limitata għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta

(Artikoli 101, 261 u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punti 49, 50)

6. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ numru ta’ indizji

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 59)

7. 

Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 83)

8. 

Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont ta’ multi imposti fuq impriżi li jkunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat – Esklużjoni – Eżami mill-ġdid ta’ din l-evalwazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà – Assenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Artikoli 261 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23 u 31)

(ara l-punti 101, 107)

9. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Gravità tal-ksur – Dritt ta’ dħul– Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 23)

(ara l-punt 103)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Koninklijke Philips NV u Philips France SAS huma kkundannati għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 121, 18.4.2017.

Top