Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TO0732(03)

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018.
    Valencia Club de Fútbol, SAD vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-732/16 R.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑22 ta’ Marzu 2018 – Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T‑732/16 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

    1. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–Fumus boni juris–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Natura kumulattiva–Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni–Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika–Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 156(4)

    (ara l-punti 32-35)

    2. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Oneru tal-prova–Dannu finanzjarju–Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall–Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti–Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza–Nuqqas ta’ urġenza

    (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 156(4)

    (ara l-punti 38-45, 51, 56)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal‑4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol, Hércules Club de Fútbol, SAD u Elche Club de Fútbol, SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).

    Dispożittiv

    1) 

    It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2) 

    Id-digriet tal‑10 ta’ Novembru 2016, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T‑732/16 R), huwa revokat.

    3) 

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top