Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0588

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2017.
HN vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli ġodda dwar il-karriera u l-promozzjoni lejn il-gradi AD 13 u AD 14 – Uffiċjali fil-grad AD 12 – Eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet partikolari – Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura ta’ promozzjoni 2014 – Talba għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ – Assenza ta’ tweġiba mill-Awtorità tal-Ħatra – Proċedura ta’ promozzjoni 2015 – Talba ġdida għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ jew ‘kap tal-unità jew ekwivalenti’ – Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra – Natura konfermattiva tar-rifjut ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ – Rekwiżiti marbuta mal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà.
Kawża T-588/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2017 – HN vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-588/16)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli ġodda dwar il-karriera u l-promozzjoni lejn il-gradi AD 13 u AD 14 – Uffiċjali fil-grad AD 12 – Eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet partikolari – Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura ta’ promozzjoni 2014 – Talba għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ – Assenza ta’ tweġiba mill-Awtorità tal-Ħatra – Proċedura ta’ promozzjoni 2015 – Talba ġdida għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ jew ‘kap tal-unità jew ekwivalenti’ – Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra – Natura konfermattiva tar-rifjut ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ – Rekwiżiti marbuta mal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà”

1. 

Uffiċjali – Rikors – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Dekadenza – Dekorrenza mill-ġdid permezz ta’ talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 36-38)

2. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Ilment tardiv – Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ uffiċjal f’tip ta’ pożizzjoni introdotta permezz tar-Regolament Nru 1023/2013 u li twettqet permezz ta’ bidla introdotta fil-fajl individwali tal-informatika tal-persuna kkonċernata – Ilment kontra n-nuqqas ta’ inklużjoni tal-persuna kkonċernata fil-lista tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91(1), il-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I, u l-Artikolu 30(2) tal-Anness XIII; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013)

(ara l-punti 39-43)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Distinzjoni mit-talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Distinzjoni koperta mill-evalwazzjoni tal-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1) u (2))

(ara l-punt 45)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Att purament konfermattiv – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91(1))

(ara l-punt 51)

5. 

Uffiċjali – Karriera – Stabbiliment ta’ regoli tranżitorji li jakkumpanjaw il-bidla mis-sistema preċedenti lejn is-sistema l-ġdida tal-karrieri tal-uffiċjali – Regoli dwar il-klassifikazzjoni f’tipi ta’ pożizzjonijiet – Klassifikazzjoni tal-uffiċjali fil-gradi AD 9 sa AD 14 li jkollhom responsabbiltajiet partikolari fit-tip ta’ pożizzjoni ta’ kap ta’ unità jew ekwivalenti jew ta’ konsulent jew ekwivalenti – Possibbiltà għall-Awtorità tal-Ħatra li tuża jew li ma tużax l-imsemmija regoli tranżitorji

(Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013)

(ara l-punti 77, 78)

6. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Assenza ta’ lmenti personali u ta’ interessi realti u attwali – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

(ara l-punt 90)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-“deċiżjoni li tiċħad it-talba [tar-rikorrent] sabiex jitqies li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu f’pożizzjoni tat-tip “konsulent jew ekwivalenti” skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal [il-ġodda]” u skont id-Deċiżjoni SEC(2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, intitolata “Komunikazzjoni lill-Kummissjoni li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-uffiċċji tal-Membri tal-Kummissjoni u dwar il-persuni responsabbli għall-komunikazzjoni”.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

HN huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top