Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0585

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2017.
    Carina Skareby vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
    Servizz pubbliku – Uffiċjali – Libertà ta’ espressjoni – Dmir ta’ lealtà – Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni – Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artikolu – Stedina sabiex it-test jiġi emendat – Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal – Suġġett tar-rikors – Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv.
    Kawża T-585/16.

    Kawża T‑585/16

    Carina Skareby

    vs

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    “Servizz pubbliku – Uffiċjali – Libertà ta’ espressjoni – Dmir ta’ lealtà – Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni – Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artikolu – Stedina sabiex it-test jiġi emendat – Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal – Suġġett tar-rikors – Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2017

    1. Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Att ikkontestat imressaq quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandha ebda natura konfermattiva

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

    2. Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Deċiżjoni ta’ ċaħda – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni li tinsab fiha

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2))

    3. Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Dmir ta’ lealtà – Kunċett – Portata – Pubblikazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ artikolu li jagħti x’jifhem li hemm fastidju min-naħa tal-ġerarikja – Ksur

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11, 12, 12b u 17a(1))

    4. Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Libertà ta’ espressjoni – Eżerċizzju – Limiti – Protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni oħrajn – Relazzjoni ta’ fiduċja bejn istituzzjoni u l-uffiċjali tagħha

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11, 12 u 17a)

    5. Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Libertà ta’ espressjoni – Talba għall-awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni – Ibbilanċjar tal-libertà ta’ espressjoni tal-uffiċjali u tal-preġudizzju serju lill-interessi tal-Unjoni li jirriżulta mill-pubblikazzjoni

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 17a(2))

    6. Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Libertà ta’ espressjoni – Talba għall-awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni – Pubblikazzjoni li tista’ serjament tippreġudika l-interessi tal-Unjoni – Kunċett – Test ta’ natura li jista’ jaffettwa serjament l-immaġni u d-dinjità tal-istituzzjonijiet Ewropej – Inklużjoni

      (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 17a(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 18)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 19)

    3.  L-Artikolu 17a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li l-uffiċjal għandu d-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, b’rispett dovut għall-prinċipji tal-lealtà u l-imparzjalità, jikkostitwixxi, l-istess bħall-Artikoli 11, 12 u 12b tar-Regolamenti tal-Persunal, waħda mill-espressjonijiet speċifiċi tal-obbligu ta’ lealtà li huwa impost fuq kull uffiċjal. Skont dan id-dmir, l-uffiċjal għandu b’mod partikolari jibqa lura minn imġiba li hija ta’ detriment għad-dinjità u għar-rispett dovut lill-istituzzjoni u lill-awtoritajiet tagħha.

      Barra minn hekk, uffiċjal ma jistax, permezz ta’ espressjoni orali jew bil-miktub jew permezz ta’ azzjonijiet ta’ kwalunkwe natura, jikser l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikoli 11, 12, 12b u 17a tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward tal-Unjoni li huwa suppost iservi, u b’hekk jikser ir-relazzjoni ta’ fiduċja li torbtu magħha u billi jirrendi sussegwentement iktar diffiċli, jew anki impossibbli, il-missjonijiet tal-Unjoni jitwettqu b’kooperazzjoni miegħu. Barra minn hekk, mir-riferimenti tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal għal “dmirijiet tiegħu” u għal “jġib ruħu [imġiba]”, tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal għal “kull azzjoni” u tal-Artikolu 12b għal “attività barranija”, jirriżulta li ż-żamma tar-relazzjoni ta’ fiduċja hija meħtieġa mhux biss fit-twettiq ta’ kompiti speċifiċi fdati lill-uffiċjal iżda testendi wkoll għar-relazzjonijiet kollha li jeżistu bejn l-uffiċjal u l-Unjoni.

      F’dan ir-rigward, dikjarazzjonijiet dispreġattivi, li jippreġudikaw l-unur tal-persuni li għandhom pożizzjoni fil-ġerarkija tal-istituzzjonijiet Ewropej u sussegwentement lill-istituzzjonijiet innifishom, inklużi f’artikolu li jrid jiġi ppubblikat minn uffiċjal li jissuġġerixxu, minn naħa, imġiba serjament kundannabbli min-naħa tal-ġerarkija tal-istituzzjonijiet Ewropej, bħalma huwa l-fastidju u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ miżuri xierqa tal-istituzzjonijiet sabiex jirrimedjaw għal dan, huma tali li jaffettwaw l-immaġni, id-dinjità u r-rispett dovut, b’mod ġenerali, lill-persuni kollha li għandhom pożizzjoni fil-ġerarkija tal-istituzzjonijiet u, konsegwentement, lill-istituzzjonijiet innifishom. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu ksur tad-dmir ta’ lealtà.

      (ara l-punti 54-56, 58, 59)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 77-79)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 80-83)

    6.  Il-protezzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej kontra dikjarazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw, b’mod gravi u serjament negattiv l-immaġni tagħhom tikkostitwixxi, objettiv ta’ interess ġenerali u, b’mod iktar preċiż, interess leġittimu tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitqies li l-pubblikazzjoni minn uffiċjal ta’ artikolu li jinkludi paragrafi tali li jaffettwaw serjament l-immaġni u d-dinjità tal-istituzzjonijiet Ewropej hija tali li serjament tippreġudika l-interessi leġittimi tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 17a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

      (ara l-punti 88, 89)

    Top