EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0316

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017.
Moravia Consulting spol. s r. o. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SDC-554S – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata SDC-554S – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Provi li jistabbilixxu l-kontenut tad-dritt nazzjonali – Regola 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saret l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001].
Kawża T-316/16.

Kawża T‑316/16

Moravia Consulting spol. s r. o.

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SDC-554S - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata SDC-554S - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Provi li jistabbilixxu l-kontenut tad-dritt nazzjonali - Regola 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saret l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017

  1. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza ta’ argumenti insostenn tat-talba – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

  2. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(4) u 76(1))

  3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Sinjal li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark iktar reċenti – Oneru tal-prova

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4))

  4. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Provi li jistabbilixxu l-kontenut tad-dritt nazzjonali – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(4) u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 19(2)(d) u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

  5. Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Produzzjoni tardiva tal-provi proposti – Kundizzjonijiet

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(1) u (3))

  6. Qorti tal-Ġustizzja – Sentenzi – Interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt – Applikazzjoni għar-relazzjonijiet legali mnissla u stabbiliti qabel l-għoti tas-sentenza

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29, 30)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 38 sa 40)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 41)

  4.  Ir-Regola 19(2)(d) tar-Regolament Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità [li saret l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament Delegat Nru 2017/1430 li jissupplimenta r-Regolament Nru 207/2009 u li jirrevoka r-Regolamenti Nru 2868/95 u Nru 216/96] tqiegħed fuq l-opponent l-oneru li jippreżenta lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mhux biss l-elementi li juru li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħha huwa jitlob l-applikazzjoni, sabiex ikun jista’ jopponi r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ dritt preċedenti, iżda wkoll l-elementi li jistabbilixxu l-kontenut ta’ din il-leġiżlazzjoni.

    Barra minn hekk, it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 jipprevedi li meta l-appell isir mid-deċiżjoni ta’ Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell għandu jillimita l-eżami tal-appell għall-fatti u għall-provi prodotti fit-termini stipulati jew speċifikati mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, sakemm huwa ma jikkunsidrax li fatti u provi “addizzjonali” jew “komplementari” għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament Nru 2017/1001 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea). Madankollu, ir-Regola 50 tar-Regolament Nru 2868/95 ma tistax tiġi interpretata fis-sens li hija testendi s-setgħat diskrezzjonali tal-bordijiet tal-appell għal provi ġodda.

    F’dan ir-rigward, fil-każ fejn, fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ir-rikorrenti ma tkunx ipproduċiet l-inqas prova dwar il-kontenut tad-dritt nazzjonali fit-terminu stabbilit mingħajr ma tat ebda raġuni leġittima li tiġġustifika l-aġir tagħha, u fejn l-uniku element ippreżentat mir-rikorrenti sabiex turi l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti mhux irreġistrata ma kien jipprovdi ebda informazzjoni dwar l-użu tat-trade mark preċedenti invokata u lanqas ma kien fih informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-riferimenti għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali pprovduti mir-rikorrenti għall-ewwel darba qudiem il-Bord tal-Appell ma jikkostitwixxux elementi “addizzjonali” jew “komplementari” meta mqabbla ma’ dawk li ġew ippreżentati quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. Konsegwentement, il-Bord tal-Appell ma għandux setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu, peress li dawn il-provi huma tardivi.

    (ara l-punti 42, 49, 51 sa 55, 60, 61)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 63)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 64)

Top