EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0250

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-5 ta’ Diċembru 2017.
Sergio Spadafora vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Ċaħda ta’ rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli u bħala manifestament infondat – Talba għal annullament – Impjieg ta’ kap ta’ unità “Konsulenza legali” fi ħdan l-OLAF – Proċedura ta’ selezzjoni – Bord ta’ preselezzjoni – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ristretta ta’ kandidati proposti bil-ħsieb tal-intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra – Imparzjalità – Talba għal kumpens – Telf ta’ opportunità – Kawża fi stat li tiġi deċiża.
Kawża T-250/16 P.

Court reports – general

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/16 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Ċaħda ta’ rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli u bħala manifestament infondat – Talba għal annullament – Impjieg ta’ kap ta’ unità “Konsulenza legali” fi ħdan l-OLAF – Proċedura ta’ selezzjoni – Bord ta’ preselezzjoni – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ristretta ta’ kandidati proposti bil-ħsieb tal-intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra – Imparzjalità – Talba għal kumpens – Telf ta’ opportunità – Kawża fi stat li tiġi deċiża”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Suġġett-Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni-Deċiżjoni-Inammissibbiltà

(Artikolu 266(1) TFUE u 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punt 48)

2. 

Uffiċjali-Pożizzjoni vakanti-Impjieg ta’ kap ta’ unità-Proċedura quddiem bord ta’ preselezzjoni-Osservanza tal-prinċipju ta’ imparzjalità-Portata-Osservazzjonijiet fuq il-preferenza tan-nazzjonalità tal-kandidat, magħmula mid-direttur tal-unità inkwistjoni qabel it-tnedija tal-proċedura ta’ selezzjoni-Tbissim mhux sinċier aċċennat mill-president tal-imsemmi bord matul l-intervista mal-kandidat eskluż-Ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 27)

(ara l-punti 73-75, 80-83, 86, 87, 94)

3. 

Proċedura ġudizzjarja-Produzzjoni tal-provi-Assenza ta’ possibbiltà offruta mill-qorti tal-Unjoni lil parti sabiex agħtoi l-opinjoni tagħha dwar il-kontenut ta’ dokument-Ksur tad-drittijiet tad-difiża-Kundizzjonijiet

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48)

(ara l-punti 91, 92)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel-Konkordanza bejn l-ilment u r-rikors-Identiċità tas-suġġett u tal-kawża-Motivi u argumenti li ma jidhrux fl-ilment-Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(2))

(voir point 98)

5. 

Appell-Appell meqjus fondat-Annullament ta’ deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku-Trasferiment tal-kompetenza lill-Qorti Ġenerali fuq il-kawżi bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha-Kawża fi stat li tista’ tiġi deċiża-Ipproċessar tal-kawża mill-qorti tal-appell

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1192, Artikolu 4)

(ara l-punt 103)

6. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Att li jikkawża preġudizzju-Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment-Ċaħda bla riżervi-Att konfermattiv-Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

(ara l-punt 106)

7. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel-Deċiżjoni ta’ ċaħda-Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni inklużi fiha

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 107)

8. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Sentenza ta’ annullament-Effetti-Annullament ta’ ċaħda ta’ kandidatura-Restituzzjoni tas-sitwazzjoni legali preċedenti tal-persuna kkonċernata-Annullament permezz ta’ atti sussegwenti li jikkonċernaw lil terzi-Kundizzjonijiet-Annullament li ma jikkostitwixxix sanzjoni eċċessiva-Possibbiltà tal-kandidat magħżul li jinvoka aspettattiva leġittima għaż-żamma tan-nomina tiegħu-Esklużjoni-Kundizzjoni-Preżentata ta’ rikors fit-terminu statutorju

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

(ara l-punti 110, 112)

9. 

Rikorsi tal-uffiċjali-Sentenza ta’ annullament-Effetti-Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni-Portata-Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza-Sentenza li tannulla deċiżjoni li tinnomina uffiċjal f’post-Talba għad-danni materjali subiti minn kandidat mhux magħżul-Natura prematura tat-talba

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punti 119-122)

Suġġett

Appell minn digriet tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F-44/15, EU:F:2016:69), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1) 

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F‑44/15), huwa annullat, bl-eċċezzjoni taċ-ċaħda bħala manifestament inammissibbli tat-talba għal dikjarazzjoni li, bis-saħħa tal-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ħatar lil D fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, u tad-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, il-proċedura ta’ selezzjoni kienet ivvizzjata minn illegalità sa mill-mument li l-illegalità avverat ruħha.

2) 

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3) 

Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-OLAF ħatar lil D. fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, hija annullata.

4) 

Id-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, hija annullata.

5) 

Ir-rikors fl-ewwel istanza huwa miċħud safejn Sergio Spadafora jitlob kumpens għad-danni materjali naxxenti mit-telf ta’ opportunità li jintgħażel sabiex jokkupa l-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF.

6) 

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell u għal dawk marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza.

Top