Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0220

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2019.
    Perry Ellis International Group Holdings Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRO PLAYER — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001).
    Kawża T-220/16.

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2019 – Perry Ellis International Group sv EUIPO (PRO PLAYER)

    (Kawża T‑220/16)

    “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRO PLAYER — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

    1. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

    (ara l-punti 18, 19, 21, 28)

    2. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali komposta minn diversi elementi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tat-trade mark mill-pubbliku rilevanti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

    (ara l-punt 20)

    3. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali PRO PLAYER

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

    (ara l-punti 32-35, 43)

    4. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku

    (ara l-punt 40)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 1091/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRO PLAYER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Perry Ellis International Group Holdings Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    Top