Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0130

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2017.
    Coesia SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu li l-karattru distintiv ta’ trade mark jiġi evalwat b’riferiment għall-perċezzjoni tagħha mill-pubbliku rilevanti.
    Kawża T-130/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2017 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ kurvi ħomor oblikwi)

    (Kawża T‑130/16)

    “Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu li l-karattru distintiv ta’ trade mark jiġi evalwat b’riferiment għall-perċezzjoni tagħha mill-pubbliku rilevanti”

    1. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv-Kunċett-Kriterji ta’ evalwazzjoni-Rikonoxximent tal-karattru distintiv tas-sinjal mhux suġġett għall-konstatazzjoni ta’ ċertu livell ta’ kreattività jew ta’ immaġinazzjoni lingwistika jew artistika

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

    (ara l-punti 11-14)

    2. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv-Sinjal ikkostitwit minn figura ġeometrika bażika

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

    (ara l-punt 15)

    3. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet assoluti għal rifjut-Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv-Evalwazzjoni tal-karattru distintiv-Kriterji-Perċezzjoni tat-trade mark mill-pubbliku rilevanti-Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

    (ara l-punti 20-22)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1933/2015‑2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1933/2015‑2), hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top