EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0068

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2018.
Deichmann SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport – Trade mark ta’ pożizzjoni – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001).
Kawża T-68/16.

Kawża T‑68/16

Deichmann SE

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport - Trade mark ta’ pożizzjoni - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas‑17 ta’ Jannar 2018

  1. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a))

  2. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu – Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a))

  3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji – Trade mark ta’ pożizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

  4. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 26 sa 29)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 30)

  3.  Fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ trade mark bħala trade mark “ta’ pożizzjoni”, għandu jiġi osservat li la r-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u lanqas ir-Regolament Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità ma jsemmu tali trade marks bħala kategorija speċifika ta’ trade marks. Madankollu, sa fejn l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2017/1001) ma fihx lista eżawrjenti tas-sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade marks tal-Unjoni Ewropea, din iċ-ċirkustanza hija irrilevanti għal dak li jirrigwarda l-karattru reġistrabbli ta’ “trade marks ta’ pożizzjoni”.

    Barra minn hekk, jidher li t-“trade marks ta’ pożizzjoni” huma simili għall-kategoriji ta’ trade marks figurattivi u tridimensjonali, peress li dawn ikopru l-applikazzjoni ta’ elementi figurattivi jew tridimensjonali fuq il-wiċċ ta’ prodott. Minn din l-istess ġurisprudenza jirriżulta li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ trade mark, il-klassifikazzjoni ta’ “trade mark ta’ pożizzjoni” bħala trade mark figurattiva jew tridimensjonali jew bħala kategorija speċifika ta’ trade marks hija irrilevanti.

    Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi l-possibbiltà li trade marks figurattivi huma fir-realtà trade marks “ta’ pożizzjoni”.

    (ara l-punti 32 sa 34)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 49, 50, 54 sa 76)

Top