This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TJ0061
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017.
The Coca-Cola Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C – Raġuni relattiva għal rifjut – Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni – Deduzzjonijiet loġiċi – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001].
Kawża T-61/16.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017.
The Coca-Cola Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C – Raġuni relattiva għal rifjut – Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni – Deduzzjonijiet loġiċi – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001].
Kawża T-61/16.
Court reports – general
Kawża T‑61/16
The Coca-Cola Company
vs
L‑Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Deduzzjonijiet loġiċi - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It‑Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni
(Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Użu ta’ trade mark bħala parti minn trade mark irreġistrata jew flimkien magħha
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu – Użu barra mill-Unjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade mark figurattiva Master u trade marks figurattivi Coca-Cola u C
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Stħarriġ tal-klassifikazzjoni ġuridika mogħtija għall-fatti tat-tilwima
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2))
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell – Kompetenza tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami komplet ġdid tal-mertu
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 34, 35)
Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: l-ewwel nett, l-identiċità jew ix-xebh tat-trade marks kunfliġġenti; it-tieni nett, l-eżistenza ta’ reputazzjoni tat-trade mark preċedenti invokata fl-oppożizzjoni; it-tielet nett, l-eżistenza ta’ riskju li l-użu mingħajr raġuni ġġustifikata tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jikseb vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew jikkawżalhom dannu. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi u l-assenza ta’ waħda minnhom hija suffiċjenti sabiex din id-dispożizzjoni ssir mhux applikabbli
Fir-rigward ta’ din it-tielet kundizzjoni, għandu jitfakkar li r-riskju ta’ vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti huwa b’mod partikolari stabbilit f’każ ta’ tentattiv ta’ sfruttament jew ta’ parassitiżmu manifesti minn fuq dahar it-trade mark li għandha reputazzjoni u li, għalhekk, isir riferiment għalih permezz tal-kunċett ta’ “riskju ta’ parassitiżmu”. Fi kliem ieħor, dan huwa r-riskju li l-immaġni tat-trade mark li għandha reputazzjoni jew il-karatteristiċi projettati minn din tal-aħħar jiġu ttrasferiti lill-prodotti indikati mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, b’mod li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun iffaċilitata minn din l-assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni.
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-użu mis-sinjal jiksibx vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark, għandha ssir evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni, li fosthom hemm, b’mod partikolari, l-intensità tar-reputazzjoni u l-grad ta’ karattru distintiv tat-trade mark, il-grad ta’ xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti kif ukoll in-natura u l-grad ta’ prossimità tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati. Fir-rigward tal-intensità tar-reputazzjoni u tal-grad ta’ karattru distintiv tat-trade mark, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, iktar ma jkunu sinjifikattivi l-karattru distintiv u r-reputazzjoni ta’ din it-trade mark, iktar ikun faċli li tiġi ammessa l-eżistenza ta’ ksur. Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, iktar ma tkun immedjata u b’saħħitha l-evokazzjoni tat-trade mark mis-sinjal, iktar huwa kbir ir-riskju li l-użu attwali jew futur tas-sinjal jikseb vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark, jew jikkawżalhom dannu.
(ara l-punti 64 sa 66)
Huwa l-proprjetarju preċedenti li jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea li għandu jipproduċi l-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti jikseb vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti tiegħu. Għal dan il-għan, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti ma huwiex obbligat li juri l-eżistenza ta’ ksur effettiv u attwali għat-trade mark tiegħu, bħal ma tikkonferma l-formulazzjoni fil-kondizzjonali ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, meta huwa prevedibbli li tali ksur jirriżulta mill-użu li l-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jkun jista’ jagħmel mit-trade mark tiegħu, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti ma jistax jiġi obbligat li jistenna t-twettiq effettiv ta’ dan sabiex ikun jista’ jipprojbixxi dan l-użu. Madankollu, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti għandu jistabbilixxi l-eżistenza ta’ elementi li jippermettu li jiġi konkluż li hemm riskju serju li tali ksur iseħħ fil-futur jew, fi kliem ieħor, jipproduċi provi li jippermettu li jiġi konkluż prima facie li jeżisti riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ indebitu jew ta’ dannu.
L-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 jimplika analiżi prospettiva tar-riskju futur u mhux ipotetiku ta’ parassitiżmu fl-Unjoni abbażi ta’ elementi attwalment disponibbli, iżda mhux l-istabbiliment ta’ parassitiżmu attwali fl-Unjoni. Filwaqt li r-riskju ta’ tidjif, jiġifieri r-riskju li jiġi ppreġudikat il-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti, jippreżupponi li tintwera bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur permezz ta’ prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hija rreġistrata wara l-użu tat-trade mark sussegwenti, tali prova ma hijiex meħtieġa għar-riskju ta’ parassitiżmu, jiġifieri r-riskju li jinkiseb vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ parassitiżmu huwa evalwat fir-rigward tal-konsumatur medju ta’ prodotti u ta’ servizzi intiżi mit-trade mark sussegwenti, u mhux mit-trade mark preċedenti, sa fejn dak li huwa pprojbit huwa l-vantaġġ miksub minn din it-trade mark mill-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti.
Skont ġurisprudenza stabbilita, konklużjoni li jeżisti riskju ta’ parassitiżmu, bl-istess mod bħal riskju ta’ tidjif jew ta’ titbigħ, tista’ tiġi stabbilita b’mod partikolari abbażi ta’ deduzzjonijiet loġiċi – sa fejn ma humiex limitati għal sempliċi suppożizzjonijiet – li jirriżultaw minn analiżi tal-probabbiltajiet u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prattiki abitwali fis-settur kummerċjali rilevanti kif ukoll iċ-ċirkustanzi tal-każ l-oħra kollha.
B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, fl-evalwazzjoni globali intiża sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti, kellu b’mod partikolari jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-użu tal-ippakkjar u tal-fliexken simili għal dawk tal-fwejjaħ imitati kellu bħala għan li jittieħed vantaġġ, għal finijiet ta’ reklamar, mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade marks li bihom kienu kkummerċjalizzati dawn il-fwejjaħ. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, meta terz ikun ipprova, bl-użu ta’ sinjal simili għal trade mark li għandha reputazzjoni, japprofitta minn fuq dahar tali trade mark sabiex jibbenefika mis-setgħa ta’ attrazzjoni tagħha, mir-reputazzjoni tagħha u mill-prestiġju tagħha, kif ukoll sabiex jisfrutta, mingħajr ebda kumpens finanzjarju u mingħajr ma jkollu juża l-isforzi tiegħu stess għal dan il-għan, l-isforz kummerċjali li wettaq il-proprjetarju tat-trade mark sabiex joħloq u jżomm l-immaġni ta’ din it-trade mark, il-vantaġġ li jirriżulta minn dan l-użu kellu jiġi kkunsidrat bħala miksub indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tal-imsemmija trade mark.
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali repetutament iddeċidiet li kien possibbli, b’mod partikolari fil-każ ta’ oppożizzjoni bbażata fuq trade mark li kienet tgawdi minn reputazzjoni eċċezzjonalment għolja, li l-probabbiltà mhux ipotetika ta’ riskju futur ta’ dannu jew ta’ vantaġġ miksub indebitament mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tkun tant evidenti li l-parti li tkun qed topponi ma jkollhiex bżonn li tinvoka element fattwali ieħor għal dan il-għan, u lanqas li tipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ tali element.
(ara l-punti 67 sa 70, 102, 106)
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, fil-kuntest tal-kisba tal-karattru distintiv ta’ trade mark permezz tal-użu u taż-żamma ta’ trade mark permezz tal-prova tal-użu ġenwin, li, b’mod ġenerali, il-kunċett ta’ “użu” ta’ trade mark jinkludi, l-istess bħas-sens ta’ dan it-terminu, ukoll l-użu indipendenti ta’ din it-trade mark kif ukoll l-użu tagħha inkwantu komponent ta’ trade mark oħra meħuda kollha kemm hi jew flimkien magħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li trade mark irreġistrata li tintuża unikament inkwantu parti minn trade mark kumplessa jew konġuntament ma’ trade mark oħra għandha tkompli tiġi pperċepita bħala indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott inkwistjoni.
(ara l-punt 75)
Il-prinċipju ta’ territorjalità, fid-dritt tat-trade marks, jimplika li huwa d-dritt tal-Istat – jew tal-unjoni tal-Istati – fejn il-protezzjoni ta’ trade mark hija mitluba li jiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ din il-protezzjoni. Għandu għalhekk jiġi ppreċiżat li l-prinċipju ta’ territorjalità jimplika wkoll li l-qorti ta’ Stat jew ta’ unjoni ta’ Stati għandha ġurisdizzjoni, sħiħa jew parzjali, sabiex tiddeċiedi fatti ta’ ksur imwettqa jew ikun hemm theddida li jitwettqu fit-territorju ta’ dan l-Istat jew ta’ din l-unjoni ta’ Stati, bl-esklużjoni ta’ Stati terzi.
Il-prinċipju ta’ territorjalità fid-dritt tat-trade marks bl-ebda mod ma jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ atti ta’ użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni barra mill-Unjoni sabiex issir deduzzjoni loġika dwar l-użu kummerċjali probabbli tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fl-Unjoni, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ riskju li vantaġġ jinkiseb indebitament, fl-Unjoni, mir-reputazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni preċedenti, fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Għalhekk, provi ta’ użu konkret li jsir fi kwalunkwe parti fid-dinja jistgħu jipprovdu indikazzjoni dwar il-mod kif it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tista’ tinuża fl-Unjoni, b’mod li tali użu barra mill-Unjoni jista’ jippermetti li jiġi stabbilit jekk l-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jistax jikseb vantaġġ indebitu mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.
Għalhekk jista’ jiġi dedott loġikament minn applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea li l-proprjetarju tagħha għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-prodotti jew is-servizzi tiegħu fl-Unjoni.
(ara l-punti 81, 88, 95, 96)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 92 sa 108)
Skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade marks tal-Unjoni Ewropea (li sar l-Artikolu 72(2) tar-Regolament 2017/1001), il-Qorti Ġenerali għandha tevalwa l-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO billi tistħarreġ l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mwettqa minnhom, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-punti ta’ fatt li tressqu quddiem l-imsemmija bordijiet. Għalhekk, fil-limiti ta’ dan l-artikolu, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali tista’ tagħmel stħarriġ sħiħ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, skont il-bżonn, billi tfittex jekk dawn il-bordijiet tawx kwalifika ġuridika eżatta għall-fatti tat-tilwima jew jekk l-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt li tressqu quddiem dawn il-bordijiet ma hijiex ivvizzjata bi żbalji.
Fil-fatt, meta tintalab tevalwa l-legalità ta’ deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju, il-Qorti Ġenerali ma tistax tkun marbuta minn evalwazzjoni żbaljata tal-fatti magħmula minn dan il-bord, sa fejn din l-evalwazzjoni tagħmel parti mill-konklużjonijiet li l-legalità tagħhom qed tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali.
(ara l-punti 110, 111)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 115)