EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0057

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2017.
Chanel SAS vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta ornament – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Prodott inkwistjoni – Grad ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.
Kawża T-57/16.

Court reports – general

Kawża T‑57/16

Chanel SAS

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta ornament – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Prodott inkwistjoni – Grad ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2017

  1. Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(3) u (6))

  2. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6 u 25(1)(b))

  3. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Libertà tal-kreatur

    Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b))

  4. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Evalwazzjoni – Disinn ikkontestat irreġistrat bħala ornament mingħajr preċiżazzjoni tal-prodotti intiżi għall-applikazzjoni ta’ dan id-disinn – Konsegwenzi – Obbligu għall-Bord tal-Appell li jidentifika l-prodott intiż għall-applikazzjoni tad-disinn ikkontestat – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 36(2))

  5. Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61)

  6. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-impressjoni globali fir-rigward tal-mod ta’ użu tal-prodott

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

  7. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Rappreżentazzjoni ta’ ornament

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6 u 25(1)(b))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 17)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 27, 28)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29 sa 32)

  4.  Sabiex jiġi ddeterminat il-prodott li fih disinn ikkontestat ikun intiż li jiġi inkorporat jew li għalih disinn ikkontestat ikun intiż li jiġi applikat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-indikazzjoni li tirrigwardah fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal‑imsemmi disinn, iżda wkoll, jekk ikun il-każ, id-disinn stess, sa fejn dan jippreċiża n-natura tal-prodott, l-użu intiż jew il-funzjoni tiegħu.

    F’din il-kawża, id-disinn ikkontestat, irreġistrat bħala ornament li jaqa’ fil-klassi 32 fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno li jistabbilixxi klassifikazzjoni internazzjonali għad-disinni industrijali, ma jagħtix informazzjoni dwar l-użu intiż tiegħu jew dwar il-funzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-monogramm Chanel huwa rreġistrat għal numru kbir ta’ prodotti u d-disinn ikkontestat huwa reġistrat bħala ornament, mingħajr ebda preċiżazzjoni dwar il-prodotti li fuqhom dan huwa intiż li jiġi applikat. Minn dan isegwi li, f’din il-kawża, ma kienx possibbli li wieħed jiddetermina s-settur tal-prodotti li fihom id-disinn ikkontestat kien intiż li jiġi inkorporat jew li għalihom jiġi applikat, u lanqas li wieħed iqabblu mal-monogramm Chanel.

    Konsegwentement, il-Bord tal-Appell ġustament iddeċieda li l-prodott li għalih kien intiż li jiġi applikat id-disinn ikkontestat kien ornament. Il-Bord tal-Appell ma kienx obbligat jidentifika l-prodott li għalih dan l-ornament kien intiż li jiġi applikat.

    (ara l-punti 41 sa 44)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 49)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 52)

  7.  Huwa nieqes minn karattru individwali fis-sens tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, id-disinn ikkontestat li għandu xebh notevoli mal-monogramm Chanel. Fil-fatt, sa ċertu punt dan id-disinn jista’ jiġi perċepit bħala kreazzjoni ispirata mill-idea tal-monogramm Chanel, iktar u iktar peress li l-għażla tad-disinn ikkontestat bl-ebda mod ma kien ikkundizzjonat minn xi kunsiderazzjonijiet u peress li l-kreatur tiegħu ma ħoloqx distinzjoni suffiċjenti bejn l-imsemmi disinn u l-monogramm Chanel. Għaldaqstant, għandu jitqies li l-utent avżat se jipperċepixxi d-disinni kunfliġġenti b’mod globali sabiex jiddetermina jekk dawn jipproduċux impressjoni globali differenti. Issa, minkejja li ż-żewġ disinni fihom differenzi fil-partijiet ċentrali tagħhom, li inqas jistgħu jiġu rrilevati mill-utenti avżat sa fejn huwa possibbli li d-disinn ikkontestat jintuża f’orjentazzjoni li tvarja b’90 grad u f’daqsijiet diversi, għandu jiġi kkonstatat li l-impressjoni globali ma tvarjax, sa fejn il-partijiet esterni, li jiddeterminaw b’mod kunsiderevoli l-profil u l-impressjoni globali prodotti mid-disinni kunfliġġenti, huma simili ħafna u kważi identiċi.

    Fid-dawl tax-xebh tad-disinni kunfliġġenti, il-libertà kbira ta’ kreazzjoni tista’ biss issaħħaħ l-assenza ta’ impressjoni globali differenti prodotta mill-imsemmija disinni. Barra minn hekk, id-disinn ikkontestat huwa ornament li jaqa’ fil-klassi 32, fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno li jistabbilixxi klassifikazzjoni internazzjonali għad-disinni industrijali, u tali ornament jista’ jiġi applikat fuq firxa kbira ta’ prodotti, li tirrendi d-determinazzjoni minn qabel tal-użu tiegħu kważi impossibbli. Konsegwentement, din iċ-ċirkustanza ssaħħaħ in-neċessità ta’ analiżi bir-reqqa tal-impressjonijiet globali prodotti mid-disinni kunfliġġenti.

    (ara l-punti 55, 56, 58 u 59)

Top