Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CO0141

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016.
    Stanleybet Malta Ltd u Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane e dei Monopoli – Ufficio dei Monopoli per la Lombardia.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi – Imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir – Issuġġettar tal-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża C-141/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tal-20 ta ’ Lulju 2016 – Stanleybet Malta u Stoppani

    (Kawża C‑141/16) ( *1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi — Imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir — Issuġġettar tal-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari — Inammissibbiltà manifesta”

    Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tipprovdi l-ebda informazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94) (ara l-punti 6, 7, 10)

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Settembru 2015, hija manifestament inammissibbli.


    ( *1 ) ĠU C 191, 30.5.2016.

    Top