EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CO0140

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016.
Edra Costruzioni Soc. coop. u Edilfac Srl vs Comune di Maiolati Spontini.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2004/18/KE – Direttiva 2014/24/UE – Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti – Offerent li naqas milli jsemmi fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol – Obbligu mill-qrati li tissemma din in-nefqa – Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas.
Kawża C-140/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Edra Costruzioni u Edilfac

(Kawża C-140/16) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2004/18/KE – Direttiva 2014/24/UE – Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti – Offerent li naqas milli jsemmi fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol – Obbligu mill-qrati li tissemma din in-nefqa – Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas”

1. 

Domandi preliminari–Domandi identiċi għal dawk diġà deċiżi mill-ġurisprudenza–Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

(ara l-punti 19-21)

2. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti–Obbligu ta’ trasparenza–Esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt ta’ operatur ekonomiku li ma osservax obbligu mhux espliċitament previst fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fil-liġi nazzjonali–Assenza ta’ possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas–Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 27(1) u 49 sa 51)

(ara l-punti 32-35 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza, hekk kif implementati mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, provvisti u servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku wara n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tiegħu tal-obbligu li jindika b’mod distint fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol – li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu huwa ssanzjonat bl-esklużjoni mill-proċedura – li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti tal-kuntratt jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u mis-soluzzjoni għal-lakuni li jirriżultaw mill-imsemmija dokumenti, min-naħa tal-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza. Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati wkoll fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li tali offerent jingħata l-possibbiltà li jissana s-sitwazzjoni tiegħu u jissodisfa l-imsemmi obbligu f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti.


( 1 ) ĠU C 200, 6.6.2016

Top