This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CO0032
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016.
Ute Wunderlich vs Bulgarian Air Charter Limited.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dubju raġonevoli – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 2(l) – Kunċett ta’ ‘kanċellazzjoni’ – Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista.
Kawża C-32/16.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016.
Ute Wunderlich vs Bulgarian Air Charter Limited.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dubju raġonevoli – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 2(l) – Kunċett ta’ ‘kanċellazzjoni’ – Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista.
Kawża C-32/16.
Court reports – general
Kawża C-32/16
Ute Wunderlich
vs
Bulgarian Air Charter Limited
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Dresden)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dubju raġonevoli — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(l) — Kunċett ta’ ‘kanċellazzjoni’ — Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016
Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Kanċellazzjoni – Kunċett – Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista – Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 2(l), 5(1)(ċ) u 7)
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni inkonformità mad-dritt primarju kollu – Portata
L-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, għandu jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, ma tistax titqies li ġiet ikkanċellata.
F’dan ir-rigward, minn naħa, huwa paċifiku li r-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż, kif jirriżulta mill-premessi 1, 2 u 4 tiegħu, li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri u tal-konsumaturi, billi jsaħħaħ id-drittijiet tagħhom f’ċertu numru ta’ sitwazzjonijiet li joħolqu diffikultajiet u inkonvenjenzi serji kif ukoll billi jirrimedja dawn tal-aħħar b’mod standardizzat u immedjat.
Issa, il-fatt li titjira tkun tat lok għal waqfa mhux prevista bl-ebda mod ma jikkostitwixxi sitwazzjoni li timplika, bħala tali, għall-passiġġieri, diffikultajiet jew inkonvenjenzi serji bħal dawk li jirriżultaw minn rifjut li jitħallew jitilgħu, minn kanċellazzjoni jew minn dewmien sinjifikattiv, li fir-rigward tagħhom ir-Regolament Nru 261/2004, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprevedi kumpens.
Tali diffikultajiet u inkonvenjenzi serji jimmaterjalizzaw biss jekk din il-waqfa twassal lill-ajruplan li permezz tiegħu titwettaq it-titjira inkwistjoni jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ekwivalenti għal jew iktar minn tliet sigħat fil-konfront tal-ħin tal-wasla previst, sitwazzjoni din li, bħala prinċipju, tintola lill-passiġġier għad-dritt għall-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Min-naħa l-oħra, jekk titjira li tasal fid-destinazzjoni finali prevista tagħha wara waqfa mhux prevista titqies li hija ekwivalenti għal titjira kkanċellata, dan iwassal sabiex jiġi rrikonoxxut dritt għal kumpens lil passiġġier li, minħabba din il-waqfa mhux prevista, ikun ġarrab dewmien fil-wasla ta’ inqas minn tliet sigħat meta passiġġier li jkun ġarrab dewmien identiku minħabba raġuni differenti ma jkunx intitolat li jibbenefika mill-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u, għaldaqstant, ikun imur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
(ara l-punti 22-25, 27 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 26)