This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CO0028
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017.
MVM Magyar Villamos Művek Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud: – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi – Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha.
Kawża C-28/16.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017.
MVM Magyar Villamos Művek Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud: – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi – Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha.
Kawża C-28/16.
Court reports – general
Kawża C‑28/16
MVM Magyar Villamos Művek Zrt.
vs
Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Kúria)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud: – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi – Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Attivitajiet ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112-Interferenza ta’ kumpannija holding fl-amministrazzjoni tal-kumpanniji sussidjarji tagħha-Inklużjoni ssuġġettata għall-implementazzjoni tat-tranżazzjonijiet suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 2 u 9(1))
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa-Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi-Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha-Dritt għal tnaqqis-Servizzi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112-Esklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 31‑34)
L-Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li billi l-interferenza ta’ kumpannija holding, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha, meta hija ma tkunx iffatturat lil dawn tal-aħħar la bil-prezz tas-servizzi li hija akkwistat fl-interess tal-grupp ta’ kumpanniji jew ta’ xi wħud mis-sussidjarji tagħha u lanqas bit-taxxa fuq il-valur miżjud relatata, ma hijiex “attività ekonomika” fis-sens ta’ din id-direttiva, tali kumpannija holding ma tistax tibbenefika minn dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għal dawn is-servizzi akkwistati, sa fejn dawn tal-aħħar huma relatati ma’ tranżazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
(ara l-punt 48 u d-dispożittiv)