EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62016CJ0676

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2018.
CORPORATE COMPANIES s.r.o.. vs Ministerstvo financí ČR.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil ta’ flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva 2005/60/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) u punt 7(a) tal-Artikolu 3 – Għan soċjali ta’ impriża li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali u fformati għall-għan waħdieni li jinbiegħu – Bejgħ imwettaq permezz ta’ ċessjoni tal-ishma ta’ impriża fil-kumpannija stabbilita qabel.
Kawża C-676/16.

Kawża C‑676/16

CORPORATE COMPANIES s.r.o.

vs

Ministerstvo financí ČR

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil ta’ flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva 2005/60/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) u punt 7(a) tal-Artikolu 3 – Għan soċjali ta’ impriża li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali u fformati għall-għan waħdieni li jinbiegħu – Bejgħ imwettaq permezz ta’ ċessjoni tal-ishma ta’ impriża fil-kumpannija stabbilita qabel”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas‑17 ta’ Jannar 2018

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva 2005/60 – Kamp ta’ applikazzjoni – Impriża li l-għan soċjali tagħha huwa l-bejgħ ta’ kumpanniji stabbiliti qabel – Inklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60, punt 3(c) tal-Artikolu 2(1), u punt 7(a) tal-Artikolu 3)

Il-punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, moqri flimkien mal-punt 7(a) tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-attività kummerċjali tagħha tikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji li hija stess stabbilixxiet, mingħajr ebda talba minn qabel mingħand il-klijenti potenzjali tagħha, sabiex jinbiegħu lil dawn il-klijenti, permezz ta’ trasferiment tal-ishma tagħha fil-kapital tal-kumpannija li hija s-suġġett tal-bejgħ, taqa’ taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

(ara l-punt 34 u d-dispożittiv)

Sus