Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0643

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018.
    American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern – Artikolu 35(1) – Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew irreġistrati għas-sistemi ta’ ħlas – Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) – Inapplikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għas-sistemi ta’ ħlas magħmulin esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jappartjenu lil grupp – Applikabbiltà tal-imsemmija rekwiżiti għal skemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludew ftehimiet ta’ co-branding jew ta’ aġenzija – Validità.
    Kawża C-643/16.

    Court reports – general

    Kawża C‑643/16

    American Express Company

    vs

    The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern – Artikolu 35(1) – Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew irreġistrati għas-sistemi ta’ ħlas – Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) – Inapplikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għas-sistemi ta’ ħlas magħmulin esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jappartjenu lil grupp – Applikabbiltà tal-imsemmija rekwiżiti għal skemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludew ftehimiet ta’ co-branding jew ta’ aġenzija – Validità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas‑7 ta’ Frar 2018

    1. Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Domandi magħmula fil-kuntest ta’ tilwima nazzjonali fittizja–Inammissibbiltà–Assenza ta’ att jew ta’ ommissjoni ta’ amministrazzjoni nazzjonali li tista’ tagħti lok għal rikors għal stħarriġ tal-legalità–Ċirkustanza li waħedha ma tagħtix lok sabiex tistabbilixxi n-natura fittizja tat-tilwima

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern–Direttiva 2015/2366–Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għas-sistemi ta’ ħlas–Applikabbiltà għall-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li tagħmel użu minn aġent għall-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas–Inapplikabbiltà għall-iskemi li kkonkludew ftehim ta’ co-branding ma’ sieħeb ta’ co-branding li ma jipprovdix servizzi ta’ ħlas fir-rigward tal-prodotti ta’ co-branding

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2015/2366, l-Artikolu 35(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2))

    3. Atti tal-istituzzjonijiet–Motivazzjoni–Obbligu–Portata u limiti–Direttiva li tissuġġetta l-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludew kuntratti ta’ aġenzija mar-rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għas-sistemi ta’ ħlas

      (Artikolu 296(2) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2015/2366, premessi 49, 50 u 52 u Artikolu 35(1))

    4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern–Direttiva 2015/2366–Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għas-sistemi ta’ ħlas–Applikabbiltà għall-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li tagħmel użu minn aġent għall-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas–Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità–Assenza

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2015/2366, Artikolu 35)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 19, 20)

    2.  Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludiet ftehim ta’ co-branding ma’ sieħeb ta’ co-branding ma huwiex imċaħħad mill-benefiċċju tal-esklużjoni prevista f’din id-dispożizzjoni u għaldaqstant ma huwiex suġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35(1) ta’ din id-direttiva fil-każ fejn dan is-sieħeb ta’ co-branding ma jkunx fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u ma jipprovdix servizzi ta’ ħlas f’din l-iskema f’dak li jirrigwarda l-prodotti ta’ co-branding. Min-naħa l-oħra, skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li tagħmel użu minn aġent għall-finijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas hija mċaħħda mill-benefiċċju ta’ din l-esklużjoni u, għaldaqstant, hija suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu 35(1).

      (ara l-punt 69 u d-dispożittiv 1)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 73, 74, 78, 79)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 84 sa 87)

    Top