Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62016CJ0560

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018.
    E.ON Czech Holding AG vs Michael Dĕdouch et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjonijiet esklużivi – Il-punt 2 tal-Artikolu 22 – Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru – Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar – Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv.
    Kawża C-560/16.

    Sbírka rozhodnutí – Obecná sbírka

    Kawża C‑560/16

    E.ON Czech Holding AG

    vs

    Michael Dědouch et

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší soud)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjonijiet esklużivi – Il-punt 2 tal-Artikolu 22 – Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru – Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar – Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi esklużivi – Tilwimiet fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija għandha s-sede tagħha – Portata – Azzjoni intiża sabiex tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv li għandu jitħallas mill-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija lill-azzjonisti minoritarji fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet – Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, punt 2 tal-Artikolu 22)

    Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija għandu jħallas lill-azzjonisti minoritarji ta’ din fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet tagħhom lil dan l-azzjonist prinċipali, jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita din il-kumpannija.

    (ara l-punt 45 u d-dispożittiv)

    Nahoru