See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.
Dokument 62016CJ0554
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018.
EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika Agrikola Komuni – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Sostenn favur bdiewa – Primjums għall-baqar li jreddgħu – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 – Trażmissjoni ta’ informazzjoni – Deċiżjoni 2001/672/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE – Moviment tal-annimali tal-ifrat fil-mergħat tas-sajf fil-muntanja – Artikolu 2(4) – Terminu ta’ notifika tal-moviment – Kalkolu – Notifiki tardivi – Ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-ħlas tal-primjums – Kundizzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tat-terminu ta’ spedizzjoni.
Kawża C-554/16.

Kohtulahendite kogumik – Üldkohus
Kawża C‑554/16
EP Agrarhandel GmbH
vs
Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika Agrikola Komuni – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Sostenn favur bdiewa – Primjums għall-baqar li jreddgħu – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 – Trażmissjoni ta’ informazzjoni – Deċiżjoni 2001/672/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE – Moviment tal-annimali tal-ifrat fil-mergħat tas-sajf fil-muntanja – Artikolu 2(4) – Terminu ta’ notifika tal-moviment – Kalkolu – Notifiki tardivi – Ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-ħlas tal-primjums – Kundizzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tat-terminu ta’ spedizzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018
Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna – Sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat u ttikkettar tal-laħam taċ-ċanga – Movimenti ta’ annimali tal-ifrat meta jinħarġu għall-mergħa tas-sajf f’postijiet muntanjużi differenti – Obbligu li tiġi stabbilita lista ta’ annimali tal-ifrat ikkonċernati – Terminu ta’ notifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ li tkun seħħet ir-riċezzjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti fit-terminu impost – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1760/2000; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300, Artikolu 2(4))
L‑Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE tal-25 ta’ Mejju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu ta’ notifika tal-movimenti b’destinazzjoni lejn mergħat tas-sajf, id-data ta’ riċezzjoni tan-notifika titqies bħala dik determinanti.
Għalhekk, la l-kuntest u lanqas l-iskop tar-Regolament Nru 1760/2000 u tad-Deċiżjoni 2001/672 ma jipprekludu li t-terminu inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinftiehem bħala terminu ta’ spedizzjoni bil-konsegwenza li, skont il-każ, l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa ma tasalx għand l-awtorita kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ħlief xi ġranet wara t-terminu impost.
(ara l-punti 45, 46, u d-dispożittiv)