Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0498

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018.
    Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikoli 15 u 16 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Kunċett ta’ “konsumatur” – Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist.
    Kawża C-498/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C-498/16

    Maximilian Schrems

    vs

    Facebook Ireland Limited

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikoli 15 u 16 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Kunċett ta’ “konsumatur” – Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi–Kunċett ta’ “konsumatur”–Interpretazzjoni restrittiva–Kriterji

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 15 sa 17)

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi–Kunċett ta’ “konsumatur”–Utent ta’ kont facebook privat li jippubblika kotba, li jagħti konferenzi, li jopera siti internet, li jiġbor donazzjonijiet u li jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ diversi konsumaturi sabiex jinvokahom quddiem qorti–Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 15)

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi–Kunċett ta’ “konsumatur”–92653 / Demandeur n’étant pas lui-même partie au contrat de consommation en cause et agissant en tant que cessionnaire de droits d’autres consommateurs : Rikorrent li ma huwiex, huwa nnifsu, parti fil-kuntratt ta’ konsumatur inkwistjoni u li jaġixxi bħala persuna li lilha ġew ittrasferiti d-drittijiet ta’ konsumaturi oħra–Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 15 sa 17)

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi–Artikolu 16(1) tar-Regolament–Kamp ta’ applikazzjoni–Azzjoni ta’ konsumatur intiża sabiex jiġu invokati, quddiem il-qorti tal-post fejn huwa ddomiċiljat, mhux biss id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll drittijiet ittrasferiti minn konsumaturi oħra ddomiċiljati fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi–Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 16(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 28-32, 39, 40)

    2.  L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li utent ta’ kont Facebook privat ma jitlifx il-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, meta jippubblika kotba, jagħti konferenzi, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ diversi konsumaturi sabiex jinvokahom quddiem qorti.

      (ara l-punt 41u d-dispożittiv 1)

    3.  Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li s-sistema partikolari stabbilita fl-Artikoli 15 et seq tar-Regolament Nru 44/2001 hija ispirata mix-xewqa li l-konsumatur jiġi protett inkwantu parti kontraenti meqjusa bħala ekonomikament iktar dgħajfa u legalment b’inqas esperjenza mill-kontraent tagħha, il-konsumatur huwa protett biss meta jkun personalment rikorrent jew konvenut fi proċedura. Għalhekk, ir-rikorrent li ma jkunx, huwa nnifsu, parti fil-kuntratt ta’ konsumatur inkwistjoni ma jistax jibbenefika mill-forum tal-konsumatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-19 ta’ Jannar 1993, Shearson Lehman Hutton, C‑89/91, EU:C:1993:15, punti 18, 2324) Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jgħoddu wkoll fir-rigward ta’ konsumatur li lilu ġew ittrasferiti drittijiet ta’ konsumaturi oħra. Fil-fatt, ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti, fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi, mill-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament japplikaw, b’mod konformi mal-kliem ta’ dan l-artikolu, biss għall-kawża mressqa mill-konsumatur kontra l-parti l-oħra fil-kuntratt, u dan neċessarjament jimplika l-konklużjoni ta’ kuntratt mill-konsumatur mal-professjonist li titressaq kawża kontrih (sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 32).

      (ara l-punti 44, 45)

    4.  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-azzjoni ta’ konsumatur intiża sabiex jiġu invokati, fil-qrati tal-post fejn huwa domiċiljat, mhux biss id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll drittijiet ittrasferiti minn konsumaturi oħra domiċiljati fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi.

      Fil-fatt, kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja f’kuntest ieħor, trasferiment ta’ djun, fih innifsu, ma jistax ikollu effett fuq id-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni (sentenzi tat-18 ta’ Lulju 2013, ÖFAB, C‑147/12, EU:C:2013:490, punt 58, u tal-21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide, C‑352/13, EU:C:2015:335, punt 35). Minn dan isegwi li l-ġurisdizzjoni tal-qrati minbarra dawk imsemmija b’mod espliċitu mir-Regolament Nru 44/2001 ma tistax tiġi stabbilita permezz ta’ konċentrazzjoni ta’ diversi drittijiet fi ħdan rikorrent wieħed.

      (ara l-punti 48, 49u d-dispożittiv 2)

    Top