Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0494

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018.
    Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice u Presidenza del Consiglio dei Ministri.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol għal żmien determinat – Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku – Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.
    Kawża C-494/16.

    Court reports – general

    Kawża C-494/16

    Giuseppa Santoro

    vs

    Comune di Valderice
    u
    Presidenza del Consiglio dei Ministri

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale di Trapani)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol għal żmien determinat – Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku – Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018

    Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Kuntratti konklużi ma’ min iħaddem fis-settur pubbliku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tawtorizzax l-użu abużiv ta’ tali kuntratti bil-ħlas, lill-ħaddiem ikkonċernat, ta’ allowance intiża sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat – L-għoti ta’ allowance oħra, bil-possibilità, għal dan il-ħaddiem, li jikseb kumpens sħiħ għat-telf ta’ opportunitajiet ta’ impjieg jew ta’ telf ta’ opportunità ta’ suċċess f’kompetizzjoni amministrattiv – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Eżistenza ta’ mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiv u dissważiv – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 5)

    Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tissanzjonax l-użu abbużiv, minn persuna li timpjega li taqa’ taħt is-settur pubbliku, ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat bil-ħlas, lill-ħaddiem ikkonċernat, ta’ allowance intiża li tikkumpensa l-assenza ta’ bidla tar-relazzjoni tax-xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, iżda li, min-naħa l-oħra, tipprevedi l-għoti ta’ kumpens inkluż 2.5 u 12-il ħlasijiet mensili tal-aħħar remunerazzjoni tal-imsemmi ħaddiem, flimkien mal-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jikseb il-kumpens sħiħ tad-dannu billi juri, permezz ta’ preżunzjoni, it-telf ta’ opportunitajiet li jsib xogħol jew li, fil-każ li ġiet organizzata b’mod regolari kompetizzjoni ta’ reklutaġġ, ikun għadda b’suċċess minn din il-kompetizzjoni, sa fejn tali leġiżlazzjoni tinkludi mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiv u dissważiv, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    Fid-dawl tad-diffikultajiet inerenti għat-turija tal-eżistenza ta’ telf ta’ opportunità, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mekkaniżmu ta’ preżunzjoni intiż li jiggarantixxi lill-ħaddiem li ġarrab, minħabba l-użu abbużiv ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat, telf ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, il-possibbiltà li jiġu kkanċellati l-konsegwenzi ta’ dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni tista’ tissodisfa r-rekwiżit ta’ effettività.

    Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-miżura adottata mil-leġiżlatur nazzjonali, sabiex jissanzjona l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat mill-persuni li jimpjegaw li jaqgħu taħt is-settur privat, jikkostitwixxi l-iktar protezzjoni wiesgħa li tista’ tiġi rrikonoxxuta lil ħaddiem m jistax, fih innifsu, jkollu l-konsegwenza li jtaffi n-natura effettiva tal-miżuri nazzjonali applikabbli għall-ħaddiema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku.

    (ara l-punti 50, 51, 54 u d-dispożittiv)

    Top