Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0481

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Eċċezzjonijiet tad-difiża – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni.
    Kawża C-481/16.

    Court reports – general

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C-481/16) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Eċċezzjonijiet tad-difiża – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni”

    1. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Obbligu-Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

    (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3))

    (ara l-punti 23, 24)

    2. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Obbligu-Benefiċjarji f’diffikultà jew fi stralċ-Assenza ta’ effett

    (Artikolu 108(2) TFUE)

    (ara l-punt 25)

    3. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna li jinsabu fi stralċ-Iskrizzjoni tal-għajnuna fil-lista ta’ kredituri sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti

    (Artikolu 108(2) TFUE)

    (ara l-punti 26, 27)

    4. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu-Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali-Eċċezzjonijiet tad-difiża-Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni-Kriterji ta’ evalwazzjoni-Diffikultajiet fl-eżekuzzjoni-Obbligu għall-Istat Membru li jieħu passi effettivi fil-konfront tal-impriżi inkwistjoni u jipproponi lill-Kummissjoni soluzzjonijiet alternattivi li jistgħu jegħlbu tali diffikultajiet

    (Artikolu 108(2) TFUE)

    (ara l-punti 28, 29, 40)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. u, billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri adottati skont din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tat-Trattat FUE.

    2) 

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016.

    Top