Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0480

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018.
    Fidelity Funds et vs Skatteministeriet.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti – Restrizzjonijiet – Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti – Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti – Ġustifikazzjonijiet – Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Koerenza tas-sistema fiskali – Proporzjonalità.
    Kawża C-480/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C‑480/16

    Fidelity Funds et

    vs

    Skatteministeriet

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti – Restrizzjonijiet – Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti – Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti – Ġustifikazzjonijiet – Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Koerenza tas-sistema fiskali – Proporzjonalità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal‑21 ta’ Ġunju 2018

    1. Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Moviment liberu tal-kapital–Dispożizzjonijiet tat-Trattat–Eżami ta’ miżura nazzjonali marbut ma’ dawn iż-żewġ libertajiet fundamentali–Kriterji ta’ determinazzjoni tar-regoli applikabbli

      (Artikoli 56 TFUE u 63 TFUE)

    2. Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti–Restrizzjonijiet–Leġiżlazzjoni fiskali–Taxxa fuq id-dividendi–Dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli–Eżenzjoni, taħt ċertu kundizzjonijiet, mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti–Impożizzjoni permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti fi Stat Membru ieħor–Eżami tan-natura komparabbli ta’ sitwazzjoni transkonfinali ma’ sitwazzjoni interna–Teħid inkunsiderazzjoni tal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet nazzjonali–Prevenzjoni jew tnaqqis tas-sensiela ta’ taxxi jew tat-taxxa ekonomika doppja–Stat Membru sors tad-dividendi li jeżerċità l-kompetenza fiskali tiegħu fuq id-dħul rċevut mill-impriżi mhux residenti–Sitwazzjonijiet oġġettivament komparabbli

      (Artikolu 63 TFUE)

    3. Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti–Restrizzjonijiet–Leġiżlazzjoni fiskali–Taxxa fuq id-dividendi–Dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli–Eżenzjoni, taħt ċertu kundizzjonijiet, mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti–Impożizzjoni permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti fi Stat Membru ieħor–Sitwazzjonijiet oġġettivament komparabbli–Ġustifikazzjoni–Koerenza tas-sistema fiskali–Proporzjonalità–Natura sproporzjonata

      (Artikolu 63 TFUE)

    4. Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti–Restrizzjonijiet–Leġiżlazzjoni fiskali–Taxxa fuq id-dividendi–Dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli–Eżenzjoni, taħt ċertu kundizzjonijiet, mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti–Impożizzjoni permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mħallsa lill-impriżi residenti fi Stat Membru ieħor–Inammissibbiltà

      (Artikolu 63 TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 33, 37)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 53‑63)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 69‑75, 81‑86)

    4.  L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.

      (ara l-punt 87 u d-dispożittiv)

    Top