This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0423
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana – Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni – Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat – Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Verżjoni bil-lingwa Bulgara – Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi – Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni – Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors.
Kawża C-423/16 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana – Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni – Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat – Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Verżjoni bil-lingwa Bulgara – Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi – Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni – Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors.
Kawża C-423/16 P.
Court reports – general
Kawża C-423/16 P
HX
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana – Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni – Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat – Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Verżjoni bil-lingwa Bulgara – Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi – Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni – Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017
Proċedura ġudizzjarja–Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża–Talba għall-adattament tar-rikors–Obbligu tar-rikorrent li jressaq l-imsemmija talba permezz ta’ att separat–Talba mressqa oralment matul is-seduta–Verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali li fiha ambigwità f’dan ir-rigward–Obbligu tal-Qorti Ġenerali li tindika l-iżball lir-rikorrent sabiex tagħtih l-opportunità li jirrimedjah
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86(2))
Dritt tal-Unjoni Ewropea–Interpretazzjoni–Testi plurilingwi–Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali–Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi–Regoli awtentiċi bil-lingwi tal-kawża kollha–Obbligu tal-individwu li jirreferi għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha–Assenza
(Artikolu 20(2)(d) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44, 45 u 227(1))
Appell–Interess ġuridiku–Kundizzjoni–Appell li jista’ jagħti benefiċċju għall-parti li ppreżentatu–Assenza
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/488/PESK u (PESK) 2015/837; Regolament tal-Kunsill Nru 793/2014)
Sa fejn il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tal-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija ambigwa, fis-sens li, għall-kuntrarju tal-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża u bil-lingwa Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni, il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tagħha ma tużax il-kelma “att”, iżda l-kelma “talba”, ma jistax jiġi eskluż li din l-ambigwità twassal lil rikorrent, li jkun għażel il-lingwa Bulgara bħala l-lingwa tal-kawża, sabiex iqis li tkun ammissibbli talba għall-adattament tar-rikors ippreżentata oralment matul is-seduta. Barra minn hekk, l-imsemmija talba kienet sussegwentement irreġistrata fil-proċess verbali tas-seduta, li jikkostitwixxi att awtentiku bis-saħħa tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Jekk il-Qorti Ġenerali tkun tal-fehma li t-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentata b’dan il-mod ma kinitx tosserva l-kundizzjonijiet formali previsti fir-Regoli tal-Proċedura tagħha, hija jkollha f’tali każ, minn tal-inqas, tindika dan l-iżball lir-rikorrent u tagħtih l-opportunità li jirrimedjah.
Fil-fatt, għalkemm huwa perfettament ġustifikat li jiġu imposti ċerti rekwiżiti formali fir-rigward ta’ adattament tar-rikors, tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux għan fihom innifishom iżda huma intiżi, għall-kuntrarju, li jiġu żgurati n-natura kontradittorja tal-proċedura u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.
F’dan id-dawl, l-Artikolu 86(3) u (4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprevedi huwa stess li n-nuqqas li jitwettqu ċerti formalitajiet ta’ preżentazzjoni tat-talbiet għall-adattament tar-rikors ma jwassalx neċessarjament għall-inammissibbiltà ta’ dawn it-talbiet.
(ara l-punti 20-24)
Fir-rigward ta’ dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura ta’ qorti tal-Unjoni, li barra minn hekk huma adottati u ddikjarati awtentiċi fil-lingwi tal-kawża kollha minn din il-qorti stess konformement mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 44 u 227(1) ta’ dawn ir-Regoli, li l-individwi jkunu mistennija jirreferu għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-imsemmija Regoli sabiex jevitaw li eventwali diverġenza fil-verżjoni tagħhom fil-lingwa tal-kawża twassal għal inammissibbiltà jmur kontra d-dritt tagħhom li jindirizzaw lill-qorti tal-Unjoni fil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, li jirriżulta kemm mill-Artikolu 20(2)(d) TFUE u mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE u kemm mill-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
(ara l-punt 26)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 30-33)