This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0407
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017.
"Aqua Pro" SIA vs Valsts ieņēmumu dienests.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 220(1) u (2)(b) – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kunċett ta’ “dħul fil-kontijiet ta’ dazji tal-importazzjoni” – Deċiżjoni tal-awtorità doganali kompetenti – Terminu ta’ tressiq ta’ talba għar-rimbors jew maħfra – Obbligu ta’ trażmissjoni tal-kawża lill-Kummissjoni Ewropea – Provi fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.
Kawża C-407/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017.
"Aqua Pro" SIA vs Valsts ieņēmumu dienests.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 220(1) u (2)(b) – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kunċett ta’ “dħul fil-kontijiet ta’ dazji tal-importazzjoni” – Deċiżjoni tal-awtorità doganali kompetenti – Terminu ta’ tressiq ta’ talba għar-rimbors jew maħfra – Obbligu ta’ trażmissjoni tal-kawża lill-Kummissjoni Ewropea – Provi fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.
Kawża C-407/16.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Kawża C-407/16
“Aqua Pro” SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākās tiesas Administratīvo lietu departaments)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 220(1) u (2)(b) – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kunċett ta’ “dħul fil-kontijiet ta’ dazji tal-importazzjoni” – Deċiżjoni tal-awtorità doganali kompetenti – Terminu ta’ tressiq ta’ talba għar-rimbors jew maħfra – Obbligu ta’ trażmissjoni tal-kawża lill-Kummissjoni Ewropea – Provi fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Dħul fil-kontijiet u komunikazzjoni ta’ l-ammont tad-dazju lid-debitur-Kunċett ta’ dħul fil-kontijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikoli 217(1) u 220(1))
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni a posteriori dazji tal-importazzjoni u li jimponu l-ħlas tagħhom fuq l-importatur-Kontestazzjoni mill-importatur-Motivi invokabbli-Aspettattivi leġittimi-Impatt tan-nuqqas ta’l-importatur li jissottometti talba għall-maħfra jew għar-rimbors tad-dazji inkwistjoni-Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikoli 220(2)(b), 236, 239 u 243)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni –Dħul fil-kontijiet u komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju lid-debitur-Fakultà tal-awtoritajiet doganali li jirkupraw a posteriori d-dazji mhux miġbura-Limiti-Obbligu f’ċerti każijiet, li jsir riferiment lill-Kummissjoni-Possibbiltà li jiġi eskluż dan l-obbligu f’każ li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92-Esklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikoli 220(2)(b), Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003 Artikoli 869(b) u 871(1) u (2))
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92– Oneru tal-prova-Mezzi ta’ prova-Rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)-Inklużjoni-Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92-Oneru tal-prova-Mezzi ta’ prova-informazzjoni miksuba f’verifika a posteriori –Supremazija ta’ din l-informazzjoni fuq dik li tinsab f’rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)-Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 –Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twassal għan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji-Natura vinkolanti tal-evalwazzjonijiet imwettqa għal Stati Membri oħra f’każijiet paragunabbli
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b), Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, Artikoli 873 u 875)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twassal għan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji-Natura vinkolanti tal-evalwazzjonijiet imwettqa għal Stati Membri oħra f’każijiet paragunabbli-Evalwazzjoni tal-paragunabbiltà tas-sitwazzjoni intiża mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni u dik fi Stat Membru ieħor-Twettiq mill-awtoritajiet doganali ta’ kontrolli a posteriori sabiex tinkiseb informazzjoni neċessarja f’dan ir-rigward-Ammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b), Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, kif emendata mir-Regolament Nru 1335/2003, Artikoli 873 u 875)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea-Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni-Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92-Natura kumulattiva-Żball tal-awtoritajiet kompetenti stess-Obbligu tal-importatur li jaġixxi in bona fide u li jivverifika ċ-ċirkustanzi tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” fil-każ ta’ dubju-Portata
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))
L-Artikolu 217(1) u l-Artikolu 220(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’każ ta’ rkupru a posteriori, l-ammont ta’ dazji dovuti kkonstatati mill-awtoritajiet huwa meqjus li daħal fil-kontjiet meta l-awtoritajiet doganali jinkludu dan l-ammont fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti, irrispettivament minn jekk id-deċiżjoni tal-awtoritajiet dwar id-dħul fil-kontijiet jew id-determinazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tad-dazji, irrispettivament mill-kontestazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ din id-deċiżjoni.
(ara l-punt 34, dispożittiv 1)
L-Artikolu 220(2)(b), kif ukoll l-Artikoli 236, 239, u 243 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju, fis-sens tal-Artikolu 243 ta’ dan ir-regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, ippreżentat kontra deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali kompetenti li ddaħħal fil-kontijiet a posteriori, ammont ta’ dazji tal-importazzjoni u li timponi l-ħlas fuq l-importatur, dan tal-aħħar jista’ jinvoka aspettativi leġittimi skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, sabiex jopponi dan id-dħul fil-kontijiet, irrispettivament minn jekk l-importatur ikunx ippreżenta applikazzjoni għal maħfra jew rimbors ta’ dawk id-dazji konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 236 u 239 ta’ dan l-istess regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-Kodiċi Doganali jipprevedi, b’mod partikolari fl-Artikoli 236 u 239, għal proċedura speċifika għall-maħfra jew rimbors ta’ dazji doganali fil-każ, b’mod partikolari, ta’ dħul fil-kontijiet bi ksur tal-Artikolu 220(2)(b) ta’ dan il-kodiċi, persuna taxxabbli tista’ wkoll tagħmel użu minn dik id-dispożizzjoni sabiex topponi d-dħul fil-kontijiet a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju fis-sens tal-Artikolu 243 tal-imsemmi kodiċi. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, persuna taxxabbli ġeneralment ikollha dritt ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tar-regoli doganali u li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jirrigwardawh direttament u individwalment.
(ara l-punti 43-45, dispożittiv 2)
L-Artikolu 869(b) tar-Regolament 2913/92, hekk kif emendat bir-Regolament Nru 955/99, u tal-Artikolu 867a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2003, tal-25 ta’ Lulju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ deċiżjoni jew ta’ proċedura tal-Kummissjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 871(2) ta’ dan ir-regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux huma n nifishom ma jdaħħlux fil-kontijiet a posteriori d-dazji mhux miġbura, billi jqisu li l-kundizzjonijiet għall-invokazzjoni ta’ aspettattivi leġittimi skont l-Artikolu 220(2)(btar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, huma sodisfatti u li dawk l-awtoritajiet huma obbligati li jirreferu d-dokumentazzjoni lill-Kummissjoni, jew meta l-imsemmija awtoritajiet jikkunsidraw li l-Kummissjoni wettqet żball fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, jew fejn iċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kawża prinċipali huma marbuta mar-riżultati ta’ investigazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-sens tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 871(1) tar-Regolament Nru 2454.93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, jew meta l-ammont tad-dazji inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ta’ EUR 500000 jew iktar.
(ara l-punt 53, dispożittiv 3)
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni f’rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-aġir tal-awtoritajiet doganali tal-Istat esportatur u tal-esportatur huma fost il-provi li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka li l-aspettattivi leġittimi, skont din id-dispożizzjoni, ġewx sodisfatti. Madanakollu, sa fejn rapport bħal dan juri li ma huwiex biżżejjed sabiex jistabbilixxi suffiċjentement skont il-liġi jekk dawk il-kundizzjonijiet ġewx effettivament sodisfatti fl-aspetti kollha, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, l-awtoritajiet doganali jistgħu jintalbu sabiex jipprovdu provi addizzjonali għal dak il-għan, b’mod partikolari fit-twettiq ta’ verifiki a posteriori.
(ara l-punt 62, dispożittiv 4)
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-provi kollha konkreti tal-kawża prinċipali, u, b’mod partikolari, il-provi miġjuba għal dan il-għan mill-partijiet fil-kawża prinċipali, jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka l-aspettittiva leġittima, skont din id-dispożizzjoni, ġewx sodisfatti. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, l-informazzjoni miksuba f’verifika a posteriori ma tieħu l-ebda preċedenza fuq informazzjoni li tinsab f’rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).
(ara l-punt 66, dispożittiv 5)
L-Artikolu 875 tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa marbut, skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni konformement ma’ dan l-artikolu, bl-evalwazzjonijiet magħmula minnha f’deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 873 ta’ dan ir-regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, fir-rigward ta’ Stat Membru ieħor f’każijiet fejn jeżistu provi ta’ fatt u ta’ liġi komparabbli, fatt li għandu jiġi evalwat minn l-awtoritajiet tiegħu u l-qrati tiegħu fid-dawl, b’mod partikolari, tal-informazzjoni li tirrigwarda l-aġir tal-esportatur jew dak tal-awtoritajiet doganali tal-Istat esportatur kif jirriżulta minn rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li fuqu hija bbażata dik id-deċiżjoni.
(ara l-punt 71, dispożittiv 6)
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000 u l-Artikolu 875 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li li l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kwalunkwe verifiki a posteriori li jidhrilhom meħtieġa u jużaw l-informazzjoni miksuba matul dawn il-verifiki kemm biex jiġi aċċertat jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka aspettattivi leġittimi skont l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, huma sodisfatti, kif ukoll sabiex jiġi ddeterminat jekk każ imressaq quddiemhom ikunx fih provi ta’ fatt u ta’ liġi komparabbli fis-sens tal-Artikolu 875 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, għal każ li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni li ma daħħlitx id-dazji li l-Kummissjoni tkun adottat skont l-Artikolu 873 ta’ dan ir-regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003.
(ara l-punt 75, dispożittiv 7)
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li importatur ikun importa merkanzija abbażi ta’ ftehim ta’ distribuzzjoni ma taffettwax il-kapaċità tiegħu li jafferma l-aspettattivi leġittimi tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal importatur li importa merkanzija billi jixtrihom direttament mingħand l-esportatur, jiġifieri, jekk jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi. Jeħtieġ, qabel kollox, li d-dazji ma jkunux inġabru b’riżultat ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti nnifishom, sussegwentement, li dan l-iżball huwa ta’ natura tali li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna taxxabbli li taġixxi in bona fide u, fl-aħħar nett, li din tal-aħħar osservat id-dispożizzjonijiet kollha fis-seħħ f’dak li jikkonċerna d-dikjarazzjoni doganali tagħha. Għal dak il-għan, dan l-importatur għandu jipproteġi lilu nnifsu kontra r-riskji ta’ azzjoni għal irkupru a posteriori, b’mod partikolari billi jfittex li jikseb mingħand il-kontraent tal-imsemmi ftehim ta’ distribuzzjoni minn żmien għal żmien jew wara konklużjoni tiegħu, bil-provi kollha li jikkonfermaw l-eżattezza tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” għal dik il-merkanzija. Għalhekk, aspettattivi leġittimi fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, b’mod partikolari, fejn, għalkemm hemm raġunijiet ċari għal dubju dwar il-korrettezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini “Formola A”, l-importatur astjena milli jinvestiga mal-imsemmi kontraent dwar iċ-ċirkustanzi tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat biex jivverifika jekk dawn id-dubji humiex iġġustifikati.
(ara l-punt 87, dispożittiv 8)