Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0341

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2017.
    Hanssen Beleggingen BV vs Tanja Prast-Knipping.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni – Artikolu 2(1) – Ġurisdizzjoni tal-qrati tad-domiċilju tal-konvenut – Artikolu 22(4) – Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tar-reġistrazzjoni jew tal-validità ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Proċeduri intiżi li jiddeterminaw jekk persuna ġietx irreġistrata b’mod ġust bħala l-proprjetarja ta’ trade mark.
    Kawża C-341/16.

    Court reports – general

    Kawża C‑341/16

    Hanssen Beleggingen BV

    vs

    Tanja Prast‑Knipping

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni – Artikolu 2(1) – Ġurisdizzjoni tal-qrati tad-domiċilju tal-konvenut – Artikolu 22(4) – Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tar-reġistrazzjoni jew tal-validità ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Proċeduri intiżi li jiddeterminaw jekk persuna ġietx irreġistrata b’mod ġust bħala l-proprjetarja ta’ trade mark”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2017

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikklassifikati bħala ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell–Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-konvenzjoni–Kompetenzi esklużivi–Proċeduri dwar ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali–Kunċett–Interpretazzjoni awtonoma–Interpretazzjoni stretta

      (Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22(4))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Kompetenzi esklużivi–Proċeduri dwar ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali–Proċeduri li jirrigwardaw il-proprjetà ta’ trade mark irreġistrata–Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22(4))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 30‑33)

    2.  L-Artikolu 22(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma japplikax għall-proċeduri intiżi li jiġi ddeterminat jekk persuna ġietx irreġistrata b’mod ġust bħala l-proprjetarja ta’ trade mark.

      Fil-fatt, proċeduri li ma jinvolvu ebda kontestazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark fiha nnifisha jew tal-validità tagħha ma humiex koperti la mill-kliem proċeduri “li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ […] trade marks” li jinsab fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 44/2001 u lanqas mill-għan ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li l-kwistjoni dwar taħt liema patrimonju personali jaqa’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, bħala regola ġenerali, ma għandhiex konnessjoni materjali jew ġuridika mal-post tar-reġistrazzjoni ta’ dan id-dritt.

      (ara l-punti 37, 43, u d-dispożittiv)

    Top