Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0336

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) – Artikolu 22(3) – Annes XI – Konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti – Qbiż ta’ valuri limitu f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet – Artikolu 23(1) – Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja – Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” – Nuqqas ta’ azzjonijiet xierqa fil-programmi ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti – Traspożizzjoni mhux korretta.
    Kawża C-336/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C‑336/16

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika tal-Polonja

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) – Artikolu 22(3) – Annes XI – Konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti – Qbiż ta’ valuri limitu f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet – Artikolu 23(1) – Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja – Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” – Nuqqas ta’ azzjonijiet xierqa fil-programmi ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti – Traspożizzjoni mhux korretta”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat‑22 ta’ Frar 2018

    1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Suġġett tat-tilwima–Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża–Adattament minħabba bidla fid-dritt tal-Unjoni–Ammissibbiltà–Kundizzjonijiet

      (Artikolu 258 TFUE; Direttiva 2008/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 13(1) u l-Anness XI; Direttiva tal-Kunsill 1999/30, Artikolu 5 u Anness III)

    2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Suġġett tat-tilwima–Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża–Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti sussegwenti għall-opinjoni motivata–Kundizzjonijiet–Fatti tal-istess natura u kostituttivi tal-istess aġir bħal dak oriġinarjament imsemmi

      (Artikolu 258 TFUE)

    3. Ambjent–Tniġġis atmosferiku–Kwalita tal-arja ċirkostanti–Direttiva 2008/50–Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem–Qbiż–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 2008/50, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Anness XI)

    4. Ambjent–Tniġġis atmosferiku–Kwalita tal-arja ċirkostanti–Direttiva 2008/50–Qbiż tal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja–Obbligu li jkun stabbilit pjan ta’ rimedju–Konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1))

    5. Ambjent–Tniġġis atmosferiku–Kwalità tal-arja ċirkostanti–Direttiva 2008/50–Qbiż tal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja–0bbligu li jkun stabbilit pjan ta’ rimedju–Terminu–Iffissar ta’ perijodu eċċessivament twil–Inammissibbiltà–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 23(1))

    6. Atti tal-istituzzjonijiet–Direttivi–Implementazzjoni mill-Istati Membri–Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża

      (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 44-46)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 47-49)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 61, 62)

    4.  Il-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja ma jistgħux jiġu stabbiliti ħlief abbażi tal-ekwilibriju bejn l-għan ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ tniġġis u l-interessi pubbliċi u privati differenti preżenti. Għalhekk, il-fatt li Stat Membru jaqbeż il-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jitqies li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa.

      F’dan ir-rigward, mill-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li, għalkemm l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ manuvra sabiex jiddeterminaw il-miżuri li għandhom jadottaw, dawn għandhom, fi kwalunkwe każ, jippermettu li l-perijodu li matulu jinqabżu l-valuri limitu jkun l-iqsar possibbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat permezz ta’ analiżi għal kull każ, jekk il-pjanijiet stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat humiex f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50

      (ara l-punti 93-96)

    5.  Jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa, Stat Membru li jkun adotta pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja li, sabiex itemm il-qbiż tal-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti, jistabbilixxu termini ta’ għaxar, jew saħansitra, erbatax-il sena, wara d-data li fiha ġie kkonstatat l-imsemmi qbiż.

      F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li diffikultajiet ralatati mal-isfida soċjoekonomika u baġitarja ta’ investimenti tekniċi kbar li għadhom iridu jsiru mill-Istat Membru kkonċernat sabiex jintemm dan il-qbiż huma elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-bilanċ bejn l-għan ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ tniġġis u l-interessi pubbliċi u privati differenti preżenti, jibqa’ l-fatt li tali diffikultajiet, li ma humiex ta’ natura eċċezzjonali, jistgħu jeskludu li termini iqsar jistgħu jiġu stabbiliti. Minn dan isegwi li l-imsemmi argument tar-Repubblika tal-Polonja ma jistax, fih innifsu, jiġġustifika termini tant twal sabiex jintemm l-imsemmi qbiż fid-dawl tar-rekwiżit li jiġi żgurat li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli.

      (ara l-punti 99-102)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 120)

    Top