This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0335
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017.
VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika u Ljubica Vladika.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart – Prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas – Kunċett ta’ detenturi ta’ skart” – Prezz mitlub għall-immaniġġjar tal-iskart – Tariffa speċifika intiża li tiffinanzja l-investiment kapitali meħtieġ.
Kawża C-335/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017.
VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika u Ljubica Vladika.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart – Prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas – Kunċett ta’ detenturi ta’ skart” – Prezz mitlub għall-immaniġġjar tal-iskart – Tariffa speċifika intiża li tiffinanzja l-investiment kapitali meħtieġ.
Kawża C-335/16.
Court reports – general
Kawża C-335/16
VG Čistoća d.o.o.
vs
Đuro Vladika
u
Ljubica Vladika
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98/KE – Irkupru tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart – Prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas – Kunċett ta’ detenturi ta’ skart” – Prezz mitlub għall-immaniġġjar tal-iskart – Tariffa speċifika intiża li tiffinanzja l-investiment kapitali meħtieġ”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017
Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98 – Spejjeż tal-eliminazzjoni ta’ skart sostnut mid-deternturi – Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi taxxa kkalkolata abbażi ta’ evalwazzjoni tal-volum ta’ skart ġġenerat mill-utenti u mhux abbażi tal-kwantitajiet effettivament prodotti – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Natura proporzjonali tal-ispejjeż – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali
(Artikolu 192 TFUE; Direttivatal-Parlament u tal-Kunsill 2008/98, Artikoli 14 u 15(1);
L-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti direttivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-finijiet tal-finanzjament ta’ servizz ta’ mmaniġġjar u ta’ tneħħija tal-iskart urban, prezz kkalkolat abbażi ta’ evalwazzjoni tal-volum ta’ skart prodott mill-utenti ta’ dan is-servizz u mhux abbażi tal-kwantità ta’ skart li dawn effettivament pproduċew u qiegħdu għall-ġbir, kif ukoll tariffa speċjali li hija intiża sabiex tiffinanzja investimenti ddestinati għall-ipproċessar u għar-riċiklaġġ tal-iskart.’ Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, abbażi tal-provi ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu ġew prodotti quddiemha, jekk din ma twassalx għall-impożizzjoni fuq ċerti “detenturi” ta’ spejjeż manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-volumi jew għan-natura tal-iskart li huma jipproduċu.Għal dan il-għan, b’mod partikolari, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji marbuta mat-tip ta’ beni immobbli li jokkupaw l-utenti, mas-superfiċji u mal-allokazzjoni ta’ dawn il-beni, mal-kapaċità produttiva tad-“detenturi”, mal-volum tal-kontenituri mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti, kif ukoll mal-frekwenza ta’ ġbir, sa fejn dawn il-parametri jinfluwenzaw direttament l-ammont tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart.
Fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni adottata abbażi tal-Artikolu 192 TFUE li timponi fuq l-Istati Membri metodu preċiż rigward il-finanzjament tar-rimi tal-iskart urban, b’tali mod li dan il-finanzjament jista’, skont kif jagħżel l-Istat Membru kkonċernat, ikun xorta waħda żgurat permezz ta’ taxxa, ta’ tariffa jew ta’ kwalunkwe mod ieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riferiment għal kriterji ta’ fatturazzjoni bbażati fuq il-volum tal-kontenitur imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti, skont b’mod partikolari tas-superfiċji tal-beni immobbli li huma jokkupaw kif ukoll tal-allokazzjoni tagħhom tista’ tippermetti kalkolu tal-ispejjeż tar-rimi ta’ dan l-iskart u tad-distribuzzjoni bejn id-deversi detenturi sa fejn dan il-parametru jinfluwenza direttament l-ammont tal-imsemmija spejjeż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, Futura Immobiliare et, C-254/08, EU:C:2009:479, punti 48 u 50)
(ara l-punti 26, 32 u dispożittiv)