Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0320

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018.
    Proċeduri kriminali kontra Nabil Bensalem.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Servizzi fil-qasam tat-trasporti – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 98/34/KE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Kunċett – Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani – Sanzjonijiet kriminali.
    Kawża C-320/16.

    Kawża C-320/16

    Proċeduri kriminali

    kontra

    Uber Franza SAS

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-tribunal de grande instance de Lille)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Servizzi fil-qasam tat-trasporti – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 98/34/KE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Kunċett – Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani – Sanzjonijiet kriminali”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 98/34 – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2006/123 – Kamp ta’ applikazzjoni – Servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal UberPop, li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani – Esklużjoni – Servizzi fil-qasam tat-trasport – Kunċett – Servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal UberPop – Inklużjoni

    [Direttivi tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill 98/34, Artikolu 1, u 2006/123, Artikolu 2(2)(d)]

    L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika [informazzjoni], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, u l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissanzjona kriminalment l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tqegħid f’kuntatt ta’ klijenti ma’ persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ persuni bi ħlas b’vetturi ta’ inqas minn għaxar postijiet, mingħajr ma jkollhom awtorizzazzjoni għal dan l-għan, tirrigwarda “servizz fil-qasam tat-trasport” sa fejn hija tapplika għal servizz ta’ intermedjazzjoni pprovdut permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones u li jifforma parti integrali minn servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa s-servizz ta’ trasport. Tali servizz huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.

    (ara l-punt 27 u dispożittiv)

    Top