This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0298
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
Teodor Ispas u Anduţa Ispas vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża – Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali – Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni.
Kawża C-298/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
Teodor Ispas u Anduţa Ispas vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża – Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali – Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni.
Kawża C-298/16.
Court reports – general
Kawża C-298/16
Teodor Ispas
u
Anduţa Ispas vs
Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Curtea de Apel Cluj)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża – Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali – Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017
Dritt tal-Unjoni Ewropea-Prinċipji-Drittijiet tad-difiża-Rispett fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi-Portata-Limiti
Dritt tal-Unjoni Ewropea-Prinċipji-Drittijiet tad-difiża-Rispett fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi-Taxxa fuq il-valur miżjud-Deċiżjoni ta’ impożizzjoni ta’ taxxa wara proċedura ta’ spezzjoni tat-taxxa u ta’ stabbiliment tal-bażi-Obbligu li l-persuna taxxabbli tingħata l-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għad-deċiżjoni-Limiti
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 26, 27, 35)
Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri amministrattivi intiżi għall-verifika u għall-istabbiliment tal-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, individwu għandu jkollu l-possibbiltà li jingħata, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni u d-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv u kkunsidrati mill-awtorità pubblika għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, sakemm għanijiet ta’ interess ġenerali jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-imsemmija informazzjoni u għall-imsemmija dokumenti.
F’proċedura ta’ spezzjoni tat-taxxa, intiża sabiex tivverifika jekk il-persuni taxxabbli kkonformawx ruħhom mal-obbligi tagħhom f’dan il-qasam, huwa fil-fatt leġittimament mistenni li dawn jitolbu l-aċċess għal dawn id-dokumenti u għal din l-informazzjoni, sabiex, jekk ikun il-każ, jipprovdu spjegazzjonijiet jew jissottomettu r-raġunijiet tagħhom fil-konfront tal-perspettiva tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Ir-rispett effettiv tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi madankollu li tkun teżisti possibbltà reali ta’ aċċess għall-imsemmija dokumenti u għall-imsemmija informazzjoni, sakemm għanijiet ta’ interess ġenerali ma jiġġustifikawx li dan l-aċċess ikun ristrett. F’dan ir-rigward, f’proċedura ta’ spezzjoni tat-taxxa u ta’ stabbiliment tal-bażi tal-VAT, tali restrizzjonijiet, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jistgħu b’mod partikolari jkunu intiżi sabiex jipproteġu l-ħtiġijiet ta’ kunfidenzjalità jew ta’ sigriet professjonali, li jistgħu jkunu ppreġudikati mill-aċċess għal ċerta informazzjoni u ċerti dokumenti.
(ara l-punti 33, 34, 36, 39 u d-dispożittiv)