This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0281
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017.
Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/72 – Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku – Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit – Żball xjentifiku – Validità.
Kawża C-281/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017.
Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/72 – Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku – Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit – Żball xjentifiku – Validità.
Kawża C-281/16.
Kawża C‑281/16
Vereniging Hoekschewaards Landschap
vs
Staatssecretaris van Economische Zaken
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/72 – Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku – Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit – Żball xjentifiku – Validità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Siti ta’ importanza Komunitarja – Tnaqqis tas-superfiċji ta’ sit fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat – Assenza ta’ żball xjentifiku mwettaq matul ir-reġistrazzjoni tas-sit – Obbligu tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba – Adozzjoni ta’ deċiżjoni li naqqset is-sit ikkonċernat – Inammissibbiltà – Annullament
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 4(1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/72)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-3 ta’ Diċembru 2014, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku hija invalida sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, is-sit Haringvliet (NL 1000015) ġie inkluż f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni f’din il-lista tal-Leenheerenpolder.
F’dan ir-rigward, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi ikkonferma, matul is-seduta, li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx invoka l-eżistenza ta’ “żball xjentifiku” meta ssottometta lill-Kummissjoni l-proposta tiegħu għat-tnaqqis tas-superfiċji tas-SIK Haringvliet. Barra minn hekk, minn naħa tagħha, il-Kummissjoni ma pprovdiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ebda prova xjentifika li tista’ tistabbilixxi li tali żball kien ivvizzja din il-proposta inizjali. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx legalment, fl-okkażjoni tat-tmien aġġornament tal-lista SIK għar-reġjun bijoġeografiku Atlaniku permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/72, tibbaża ruħha fuq l-eżistenza ta’ żball xjentifiku mwettaq inizjalment sabiex tinkludi s-sit Haringvliet f’din il-lista mingħajr ma tinkludi lil-Leenheerenpolder.
(ara l-punti 38-41, u d-dispożittiv)