Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0270

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018.
    Carlos Enrique Ruiz Conejero vs Ferroser Servicios Auxiliares SA u Ministerio Fiscal.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(2)(b)(i) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-tkeċċija ta’ impjegat minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki meta dawn ikunu ġġustifikati – Assenzi ta’ impjegat dovuta għal mard imputabbli għal diżabbiltà tiegħu – Inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq id-diżabbiltà – Diskriminazzjoni indiretta – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-assenteiżmu mix-xogħol – Natura xierqa – Proporzjonalità.
    Kawża C-270/16.

    Kawża C-270/16

    Carlos Enrique Ruiz Conejero

    vs

    Ferroser Servicios Auxiliares SA u Ministerio Fiscal

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Cuenca)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(2)(b)(i) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-tkeċċija ta’ impjegat minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki meta dawn ikunu ġġustifikati – Assenzi ta’ impjegat dovuta għal mard imputabbli għal diżabbiltà tiegħu – Inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq id-diżabbiltà – Diskriminazzjoni indiretta – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-assenteiżmu mix-xogħol – Natura xierqa – Proporzjonalità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018

    1. Politika soċjali–Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol–Direttiva 2000/78–Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà–Kunċett ta’ diżabbiltà–Obeżità ta’ ħaddiem li ma jistax jew li jista’ biss sa ċertu limitu limitat li jwettaq xogħolu għal perijodu twil–Inklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 2000/78)

    2. Politika soċjali–Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol–Direttiva 2000/78–Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà–Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, taħt ċerti kundizzjoniijet, it-tkeċċija ta’ ħaddiem minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki jew dawn ikunu ġġustifikati–Assenzi tal-ħaddiem riżultanti minn mard imputabbli lid-diżabbiltà tiegħu–Inammissibbiltà–Eċċezzjoni–Segwitu tal-għan tal-ġlieda kontra l-assenteiżmu–Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità–Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      [Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 2(2)(b)(i)]

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 28-30)

    2.  L-Artikolu 2(2)(b)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li persuna li tħaddem tista’ tkeċċi impjegat minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki jew dawn ikunu ġġustifikati, fis-sitwazzjoni li dawn l-assenzi jkunu l-konsegwenza ta’ mard imputabbli lid-diżabbiltà li tkun tolqot lil dan l-impjegat, ħlief jekk li din il-leġiżlazzjoni, filwaqt li ssegwi l-għan leġittimu tal-ġlieda kontra l-assenteiżmu, ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan l-għan, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.

      F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li impjegat b’diżabbiltà, meta mqabbel ma’ impjegat mingħajr diżabbiltà, huwa iktar espost għar-riskju li jiġi applikat fil-konfront tiegħu l-Artikolu 52(d) tal-istatut tal-ħaddiema. Fil-fatt, b’paragun ma’ ħaddiem mingħajr diżabbiltà, ħaddiem b’diżabbiltà huwa espost għal riskju addizzjonali ta’ marda marbuta mad-diżabbiltà tiegħu. B’dan il-mod huwa espost għal riskju ikbar li jakkumula l-jiem ta’ assenza minħabba mard u, għaldaqstant, li jilħaq il-limiti previsti fl-Artikolu 5(2)(d) tal-istatut tal-ħaddiema. Jidher għalhekk li r-regola prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tiżvantaġġa lill-ħaddiema b’diżabbiltà u għalhekk twassal għal differenza fit-trattament ibbażata indirettament fuq id-diżabbiltà fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ April 2013, HK Danmark (C-335/11 u C-337/11, EU:C:2013:222, punt 76).

      44 F’dan il-każ, hemm lok li jitqies li l-ġlieda kontra l-assenteiżmu mix-xogħol tista’ titqies bħala għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b)(i), tad-Direttiva 2000/78, peress li din hija miżura li taqa’ taħt il-politika tal-impjieg (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ April 2013, HK Danmark, C-335/11 u C-337/11, EU:C:2013:222, punt 82).

      Madankollu, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-mezzi implementati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jitwettaq dan l-għan humiex adegwati u jekk dawn jeċċedux dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.

      (ara l-punti 39, 44, 45, 57 u dispożittiv)

    Top