Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0245

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017.
    Nerea SpA vs Regione Marche.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Regolament (KE) Nru 800/2008 – Eżenzjoni ġenerali sħiħa – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(6)(ċ) – Artikolu 1(7)(ċ) – Kunċett ta’ ‘impriża f’diffikultà’ – Kunċett ta’ ‘proċeduri kollettivi ta’ insolvenza – Kumpannija benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat taħt programm operazzjonali reġjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ammessa wara arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat – Revoka tal-għajnuna – Obbligu ta’ rimbors ta’ ammont imħallas bil-quddiem.
    Kawża C-245/16.

    Court reports – general

    Kawża C‑245/16

    Nerea SpA

    vs

    Regione Marche

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per le Marche)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Regolament (KE) Nru 800/2008 – Eżenzjoni ġenerali sħiħa – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(6)(ċ) – Artikolu 1(7)(ċ) – Kunċett ta’ ‘impriża f’diffikultà’ – Kunċett ta’ ‘proċeduri kollettivi ta’ insolvenza – Kumpannija benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat taħt programm operazzjonali reġjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ammessa wara arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat – Revoka tal-għajnuna – Obbligu ta’ rimbors ta’ ammont imħallas bil-quddiem”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017

    1. Għajnuna mogħtija mill-Istati-Projbizzjoni-Derogi-Kategoriji ta’ għajnuna, iddefiniti b’mod leġiżlattiv, li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern-Regolament Nru 800/2008-Kamp ta’ applikazzjoni-Esklużjoni tal-għajnuniet mogħtija lil impriżi f’diffikultà-Kunċett ta’ proċeduri kollettivi ta’ insolvenza

      (Regolament tal-Kumissjoni Nru 800/2008, Artikoli 1(6)(ċ) u 7(ċ))

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati-Projbizzjoni-Derogi-Regolament Nru 800/2008-Applikazzjoni ratione temporis-Applikazzjoni skont id-data tal-għoti tal-għajnuna skont id-dritt nazzjonali applikabbli

      (Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kumissjoni Nru 800/2008, premessa 36)

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati-Projbizzjoni-Derogi-Kategoriji ta’ għajnuna, iddefiniti b’mod leġiżlattiv, li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern-Regolament Nru 800/2008-Kamp ta’ applikazzjoni-Esklużjoni tal-għajnuniet mogħtija lil impriżi f’diffikultà-Għajnuna mogħtija lil impriża sussegwentement suġġetta għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza-Konsegwenzi-Revoka tal-għajnuna-Esklużjoni

      (Regolament tal-Kumissjoni Nru 800/2008, Artikoli 1(6) u 7(ċ))

    1.  L-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli [107 u 108 TFUE] (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċeduri kollettivi ta’ falliment insolvenza” li huwa jsemmi jkopri l-proċeduri kollha kollettivi ta’ falliment previsti fid-dritt nazzjonali, kemm jekk dawn ikunu miftuħa ex officio mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali u kemm jekk ikunu miftuħa fuq l-inizjattiva tal-impriża kkonċernata.

      (ara l-punt 29, u d-dispożittiv 1)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 32, 33)

    3.  L-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża tissodisfa r-rekwiżiti għall-issuġġettar għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali, li għandu jiġi kkonstatat mill-qorti tar-rinviju, huwa suffiċjenti sabiex jimpedixxi li tingħatalha għajnuna mill-Istat skont dan ir-regolament imsemmi jew, jekk tali għajnuna tkun diġà ingħatatilha, sabiex jiġi kkonstatat li din ma setgħetx tingħata skont l-imsemmi regolament, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu sodisfatti fid-data meta kienet ingħatat l-imsemmija għajnuna. Min-naħa l-oħra, għajnuna mogħtija lil impriża skont ir-Regolament Nru 800/2008, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 1(6) tiegħu ma tistax tiġi revokata minħabba s-sempliċi raġuni li din l-impriża kienet suġġetta għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza wara d-data li fiha ngħatatilha l-għajnuna.

      (ara l-punt 39, u d-dispożittiv 2)

    Top