Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0233

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018.
    Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar – Libertà ta’ stabbiliment – Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju – Għajnuna mill-Istat – Miżura selettiva – Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment – Għajnuna eżistenti.
    Kawża C-233/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C‑233/16

    Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

    vs

    Generalitat de Catalunya

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Supremo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar – Libertà ta’ stabbiliment – Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju – Għajnuna mill-Istat – Miżura selettiva – Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment – Għajnuna eżistenti”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018

    1. Libertà ta’ stabbiliment–Leġiżlazzjoni fiskali–Taxxa fuq il-kumpanniji–Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar–Ammissibbiltà

      (Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati–Kunċett–Natura selettiva tal-miżura–Deroga mis-sistema fiskali ġenerali–Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema–Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 107(1) TFUE)

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati–Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida–Klassifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti–Kriterji–Għajnuna li tirriżulta minn eżonerazzjonijiet u minn tnaqqis ta’ taxxa imposta fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar–Esklużjoni

      (Artikolu 108(1) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 1(b)(ii), (iv) u (v), 1(d), u 15(2))

    1.  L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

      Fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tistabbilixxi kriterju marbut mas-superfiċi ta’ bejgħ tal-istabbiliment, li ma jistabbilixxi ebda diskriminazzjoni diretta. L-elementi ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma jindikaw li dan il-kriterju jisfavorixxi fil-parti l-kbira tal-każijiet liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jew lill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra.

      (ara l-punti 32, 33, 35, u d-dispożittiv 1)

    2.  Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 2500 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-ġardinaġġ, il-bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ makkinarju u ta’ provvisti industrijali u lanqas sa fejn jibbenefikaw minn tnaqqis tal-valur taxxabbli ta’ 60 % l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-bejgħ ta’ għamara, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi kif ukoll ta’ prodotti ta’ DIY, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Għall-kuntrarju, tali taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti kummerċjali kollettivi kbar li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija daqs il-livell ta’ 2500 m2 jew iktar.

      (ara l-punti 67, 68, u d-dispożittiv 2)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 72-74, 81-83, 86, u d-dispożittiv 3)

    Top