EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0208

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018.
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (‘skema għar-riport’) – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna individwalment ikkonċernata – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Kundizzjoni dwar is-selettività – Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti.
Kawża C-208/16 P.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat‑28 ta’ Ġunju 2018 – Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C-208/16 P) ( 1 )

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (‘skema għar-riport’) – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna individwalment ikkonċernata – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Kundizzjoni dwar is-selettività – Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti”

1. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kundizzjonijiet – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta' għajnuna settorjali – Rikors tal-benefiċjarji ta’ għajnuna mogħtija taħt din l-iskema – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Kwalitajiet partikolari jew sitwazzjoni fattwali li tikkaratterizza r-rikors meta mqabbel ma’ kull persuna oħra

(Artikolu 107(1) TFUE u l-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 46-48)

2. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Stħarriġ tal-klassifikazzjoni legali mogħtija lill-fatti tat-tilwima – Inklużjoni

(Artikolu 256 TFUE)

(ara l-punti 72, 73)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Kuntest ta’ riferiment sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Kriterji

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 80, 81, 83-89, 101, 102)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ trattament fiskali vantaġġjuż lil ċerti impriżi – Inklużjoni – Vantaġġi li jirriżultaw minn miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 82)

Dispożittiv

1) 

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2) 

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal 4 ta’ Frar 2016, Heitkamp BauHolding vs Il‑Kummissjoni (T‑287/11, EU:T:2016:60) huma annullati.

3) 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas‑26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont l-iskema għar-riport prevista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”), hija annullata.

4) 

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja relatati mal-proċeduri fl-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Dirk Andres, li qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH, relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell.


( 1 ) ĠU C 211, 13.6.2016.

Top